image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

Ħidma fuq żewġ mollijiet fil-Port il-Kbir tħalli l-frott minnufih

Date 25.10.2024
Time 5 minutes

L-ewwel fażi ta’ ħidma fuq Pinto 4 u 5 konkluża qabel staġun impenjattiv.

L-isforzi u l-impenn ta’ Infrastructure Malta fuq il-proġett tal-estensjoni tal-moll ta’ Pinto 4 u 5 fil-Port il-Kbir bdiet tħalli l-frott fit-tieni kwart ta’ din is-sena, hekk kif fl-aktar perjodu impenjattiv għas-settur turistiku, il-cruise liners bdew igawdu mill-ħidma delikata li saret fuq din il-parti tal-port. Dan kien possibbli wara li f’April ta’ din is-sena tlestiet l-ewwel fażi ta’ ħidma fuq Pinto 4/5, liema proġett jinkludi wkoll il-bini mill-ġdid u l-estensjoni tal-moll ta’ Lascaris. Xahar mit-tlestija ta’ din il-fażi, is-sistema shore to ship ġiet estiża fuq dan il-moll b’installazzjoni ta’ sistema tal-elettriku mill-art għall-cruise liners, proġett kofinanzjat mill-fond Ewropew Connecting Europe Facility. Dan l-investiment, li beda jintuża wkoll minn cruise liners li jsorġu fuq il-moll ta’ Pinto 4 u 5, qed iwassal għal titjib fil-kwalità tal-arja għal madwar 17,000 familja li jgħixu f’din il-parti tal-pajjiż.

Wara li jitlesta x-xogħol infrastrutturali kollu, li qed isir b’investiment ta’ madwar €25 miljun b’kofinanzjament Ewropew mill-Fond ta’ Koeżjoni, il-proġett ser jara l-formazzjoni ta’ moll wieħed b’tul ta’ madwar 350 metru li jipprovdu aktar spazju u faċilitajiet aħjar biex il-cruise liners jorbtu ma’ Pinto 4 u 5 kif ukoll mal-moll il-ġdid ta’ Lascaris, li kien iġġarraf fil-passat, biex dan jintuża wkoll minn vapuri oħra.

Bid-domanda għall-użu tal-mollijiet fil-Port il-Kbir tilħaq livelli bla preċedent, ittieħdet id-deċiżjoni biex ix-xogħlijiet infrastrutturali fuq Pinto 4 u 5 jinqasmu f’fażijiet u jitwaqqfu temporanjament bil-għan li ma jkunx hemm interruzzjonijiet fuq l-operat turistiku.

Il-mollijiet, li jinsabu fil-parti minn wara d-Dwana lejn il-Valletta Waterfront, qed jiġu estiżi ’l barra bi 15-il metru. Dan ser jippermetti li vapuri kbar jorbtu f’din il-parti mingħajr il-ħtieġa li bejn il-moll u l-vapuri jitpoġġew braken biex il-passiġġieri jinżlu l-art jew jitilgħu abbord.

F’ħidma delikata, dan il-proġett qed jara s-sehem ta’ bugħaddasa professjonali li qed jikkordinaw tqegħid ta’ strutturi kbar li ser iservu bħala bażi ta’ infrastruttura oħra importanti. Il-ħidma qed issir f’fond ta’ medja ta’ madwar għoxrin metru, bl-istrutturi tal-konkrit ser jiġu magħquda mal-istruttura eżistenti.

Dan il-proġett, li qed iwieġeb għall-ħtiġijiet tal-industrija tal-cruise liners, qed jikkumplimenta l-impenn tal-Gvern fir-riġenerazzjoni li qed issir madwar il-Port il-Kbir.

image
25.10.2024
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI