Il-Kodiċi dwar l-Immaniġġjar tas-Servizz Pubbliku (Public Service Management Code), li huwa l-kodiċi li jirregola l-imġiba tal-uffiċjali pubbliċi, issa huwa iqsar minn qabel u miktub b’mod li jifhmu kulħadd.

Peress li l-PSMC jirrigwarda l-immaniġjar ta’ riżorsi umani, dan huwa dokument dinamiku li jevolvi b’mod kostanti biex jittejbu l-policies, il-prattiċi u l-proċeduri. Permezz ta’ aġġornamenti regolari, il-PSMC jimmira li jirregola kemm il-funzjoni tal-immaniġjar ta’ riżorsi umani kif ukoll id-drittijiet u l-obbligi tal-impjegati. Verżjonijiet preċedenti tal-PSMC u Manwali jistgħu jiġu aċċessati minn hawn.