Id-Direttorat tal-Kwalità tas-Servizz fi ħdan id-Diviżjoni għan-Nies u Standards huwa responsabbli mill-assigurazzjoni tal-kwalità fis-Servizz Pubbliku billi jiżgura t-twassil ta' Servizz ta' Eċċellenza lill-pubbliku.
Permezz tar-’Rate the Public Service’, inti qed tingħata opportunità li tħalli marka fuq is-servizzi pprovduti lilek mis-Servizz Pubbliku billi timla l-formola disponibbli hawn jew billi tniżżel l-applikazzjoni kif indikat hawn taħt.
Bir-rispons tiegħek, aħna nkunu nistgħu nissorveljaw il-livell ta’ sodisfazzjon li jipprovdi kull dipartiment u nagħmlu dak li jkun meħtieġ sabiex intejbu s-servizzi tagħna.
Biex tissottometti r-rispons tiegħek, agħżel l-isem tad-dipartiment mil-lista pprovduta għat-tfittxija u agħti r-rispons tiegħek.
Biex taċċessa l-Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data tar-Rate the Public Service, agħfas hawn