Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, jew il-PSC kif inhu magħruf, huwa korp statutorju indipendenti stabbilit skont l-artikolu 109 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta. Il-Kostituzzjoni tassenja lill-Kummissjoni responsabbli għall-persunal u d-dixxiplina fis-Servizz Pubbliku.
UFFIĊĊJI INVOLUTI FIT-TMEXXIJA
Kummissjoni għas-servizz pubbliku
People and Standards Division
Għand People &
Standards Division aħna napprezzaw lin-nies u nagħtuhom is-setgħa biex jiksbu
Servizz ta’ Eċċellenza għas-Servizz Pubbliku kollu. Permezz ta’ dan l-approċċ
koeżiv, id-Diviżjoni tagħna tiżgura attenzjoni, direzzjoni u sewqan ugwali kemm
lin-nies bħala fornituri tas-servizz, kif ukoll il-kwalità tas-servizz mogħti
kemm
lill-klijenti interni kif ukoll esterni.
Koordinazzjoni u Implimentazzjoni
L-għan tagħna huwa li ngħaqdu l-politika tal-gvern mal-prinċipji li jiddefinixxu s-servizz pubbliku skont l-Att tas-Servizz Pubbliku – l-akkontabilitá, governanza tajba u trasparenza. Dan nagħmluh permezz ta’ assistenza lis-Servizz Pubbliku fil-preparazzjoni ta’ pjanijiet ta’ ħidma għall-implimentazzjoni tal-miżuri tagħhom, evalwazzjoni tal-implimentazzjoni, immaniġjar u titjib tal-prestazzjoni.
Istitut għas-servizzi pubbliċi
L-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi huwa korp ċentrali għad-Diviżjoni tan-Nies u Standards, li għandu rwol ewlieni fil-Ġestjoni u l-Iżvilupp tan-Nies. L-Istitut huwa l-punt fokali u s-sors ewlieni għall-iżvilupp professjonali ta’ uffiċjali pubbliċi u inizjattivi ta’ riċerka għas-Servizz Pubbliku f’Malta.
Dipartiment tal-Informazzjoni
Id-Dipartiment tal-Informazzjoni għandu l-għan li jipprovdi lill-pubbliku informazzjoni aġġornata, komprensiva u ta’ siwi dwar il-politika, is-servizzi u l-attivitajiet tal-Gvern kif ukoll dwar affarijiet ta’ interess pubbliku, u biex tiġi promossa immaġni xierqa tas-Servizz Pubbliku u tal-pajjiż.
Employee Support Programme
Il-Programm tal-Employee Support Programme jipprovdi firxa wiesgħa ta’ servizzi ta’ appoġġ u terapija b’xejn u kunfidenzjali lill-uffiċjali pubbliċi biex jgħinuhom fix-xogħol u l-ħajja personali tagħhom.