1) e-Forms
Waqt il-proċess ta' sottomissjoni ta' formoli fuq is-sit indirizzati lill-ministeru,
dipartiment jew entità oħra tal-Gvern ta' Malta, aħna nistgħu niġbru informazzjoni
personali. F'każijiet bħal dawn, is-sit jintuża bħala User Interface u l-informazzjoni li
tinkiseb permezz ta' dawn il-formoli tiġi sottomessa għall-ipproċessar lill-ministeru,
dipartiment jew entità oħra tal-Gvern ta' Malta rilevanti. F'dan il-każ, il-perjodu
taż-żamma tas-servizz inkwistjoni jkun japplika.
2) Indirizz IP (protokol tal-internet) u identifikazzjoni
Is-server tas-sit iżomm informazzjoni limitata dwar Indirizzi IP jew il-lok tal-kompjuter
tiegħek fuq l-internet, għall-amministrazzjoni tas-sistemi u għal skopijiet ta' soluzzjoni
ta' problemi. Aħna ma nużawx informazzjoni dwar l-Indirizzi IP biex insegwu x'qed tagħmel
jew l-imġiba tiegħek fuq is-sit tagħna.
3) e-ID
Tista' ukoll tuża l-faċilitajiet ipprovduti mill-Awtoritajiet Ċentrali, bħall-użu tal-kont
e-ID tiegħek bħala mezz ta' awtentikazzjoni. F'każijiet bħal dawn, il-kredenzjali
tal-awtentikazzjoni jkunu limitati għas-sessjoni attwali mill-web browser tiegħek.
4) Kuntatt/Feedback
Meta jintużaw is-servizzi online ta' dan is-sit elettroniku, is-suġġetti tad-data jistgħu
jkunu mitluba li jipprovdu d-dettalji ta' kuntatt tagħhom għal skopijiet ta' kuntatt u
komunikazzjoni. L-informazzjoni kollha u d-data personali li inti tipprovdilna fil-formola
ta' Kuntatt/Feedback tista' tiġi pproċessata biss għall-iskop strett li nirrispondu
għat-talba personali tiegħek.
Il-cookies huma biċċiet ta' informazzjoni żgħira li s-sit jittrasferixxi fuq il-hard drive
tal-kompjuter tal-utent meta dan iżur is-sit. Dan is-sit jagħmel użu limitat ta' cookies u
għaldaqstant, għal iktar tagħrif, qed nistednuk biex tara l-Cookies Policy tagħna.
Bħala individwu inti tista' teżerċita d-dritt li taċċessa l-informazzjoni miżmuma dwarek,
għalhekk jekk għandek xi mistoqsijiet b'rabta ma' din l-informazzjoni miżmuma minna, jekk
kemm-il darba teżisti tali data, nitolbuk tikkuntattjana billi tissottometti t-talba tiegħek
lill-kontrollur tad-data permezz tal-paġna 'Ikkuntattjana' fi ħdan is-sit tagħna.
Għalkemm se jsir kull sforz raġonevoli biex inżommu l-informazzjoni tiegħek aġġornata, inti
ġentilment mitlub tinfurmana bi kwalunkwe tibdil jew emendi fl-informazzjoni personali
tiegħek kif miżmuma f'dan l-Uffiċċju. Fi kwalunkwe każ, jekk taħseb li ċerta informazzjoni
dwarek mhix eżatta, inti għandek id-dritt li titlob li din l-informazzjoni tiġi retifikata.
Int għandek ukoll id-dritt li titlob li twaqqaf jew tħassar tali informazzjoni. Jekk ma
tkunx sodisfatt bir-riżultat tat-talba tiegħek għall-aċċess, tista' tressaq l-ilment
lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, fuq is-sit: www.idpc.org.mt
Biex nagħtuk servizz aħjar, is-sit tagħna jista' jipprovdilek għadd ta' links oħra għal
organizzazzjonijiet u aġenziji kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Meta tidħol f'siti
oħra bħal dawn, ma tibqax iżjed marbut ma' dawn ir-regoli, iżda tibda tapplika l-politika
ta' privatezza tas-sit il-ġdid.
Dan is-sit juża Secure Sockets Layer (SSL) biex jiżgura trażmissjoni sigura tal-informazzjoni
personali tiegħek. Għandek issib is-simbolu ta' katnazz fejn ikun hemm miktub l-indirizz
fil-browser ('Status Bar'). L-indirizz tal-URL ikun jibda bi: 'https://' li jindika li
l-paġna hija sigura. L-SSL tapplika kodiċi moħbija bejn żewġ punti ta' komunikazzjoni,
pereżempju bejn il-kompjuter tiegħek u s-server ('Connecting Server'). Kull informazzjoni
trażmessa matul is-sessjoni l-ewwel tiġi kriptata jew imħawda, u mbagħad deċifrata jew
proċessata fit-tarf l-ieħor tat-trażmissjoni. Dan jaċċerta li d-data ma tistax tinqara
matul it-trażmissjoni.
Jekk ikun hemm xi tibdil f'dawn ir-regoli ta' privatezza, din il-paġna tinbidel u tiġi
aġġornata. Huwa għalhekk fl-interess tiegħek li terġa' żżur din il-paġna tar-Regoli ta'
Privatezza kull darba li taċċessa dan is-sit biex tkun aġġornat b'xi tibdil li jista' jkun
hemm minn żmien għall-ieħor.
Kwalunkwe kumment jew suġġeriment li jista' jkollok u li jista' jikkontribwixxi għal kwalità
aħjar ta' servizz, jiġi milqugħ u apprezzat ħafna.
L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data jista' jiġi kkuntattjat fuq: [email protected]