Donazzjoni tal-Leave
Kull tifel u tifla jistħoqqilhom jikbru f’ambjent sigur, b’saħħtu u mimli opportunitajiet. Llum fl-20 ta’ Novembru, niċċelebraw il-Jum Dinji tat-Tfal, ġurnata ddedikata għad-drittijiet, il-benesseri u l-futur tat-tfal madwar id-dinja.
Din il-ġurnata tfakkarna fl-importanza li kull tifel u tifla jkollhom aċċess għall-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, il-protezzjoni u l-appoġġ meħtieġ biex jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom.
Is-Servizz Pubbliku għandu rwol importanti biex dawn id-drittijiet jiġu mħarsa. Permezz tal-ħidma ta’ edukaturi, professjonisti tas-saħħa, ħaddiema soċjali u diversi professjonisti oħra, jingħataw servizzi li jappoġġjaw lit-tfal u lill-familji tagħhom fil-ħajja ta’ kuljum.
Madankollu, il-benesseri tat-tfal ma jiddependix biss fuq is-servizzi li nipprovdulhom, iżda wkoll fuq kemm nagħtuhom l-opportunità jesprimu l-ħsibijiet, il-ħolm u l-aspirazzjonijiet tagħhom. Li nisimgħu lit-tfal u nagħtu importanza lill-opinjonijiet tagħhom huwa pass essenzjali biex nibnu soċjetà aktar inklużiva.
Il-Jum Dinji tat-Tfal huwa għalhekk opportunità biex nirriflettu dwar ir-responsabbiltà komuni tagħna li noħolqu ambjent fejn kull tifel u tifla jħossuhom protetti, apprezzati u inkoraġġiti.
Għax meta ninvestu fit-tfal tal-lum, inkunu qed nibnu l-futur ta’ għada.