image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

X’inhi l-iskema New Hope?

Date 27.09.2024
Time 5 minuti

Imnedija fl-2021, l-iskema New Hope hija inizjattiva mmirata biex tgħin individwi b’kundizzjonijiet mediċi jew forma ta’ diżabilità jsiru sidien ta’ djarhom. 

 

B’diskussjonijiet kontinwi mal-imsieħba kkonċernati, l-Awtorità tad-Djar ressqet ’il quddiem soluzzjoni għall-isfidi li kienu qed jiltaqgħu magħhom numru ta’ famiji u individwi. Dan għaliex minkejja li persuna kienet taspira li takkwista proprjetà u kienet finanzjarjament stabbli biex tagħmel dan il-pass, ma kinitx tgħaddi mill-kriterji tal-life insurance policy. B’riżultat ta’ dan, ma kinitx tingħata loan mill-banek Maltin minħabba xi kundizzjoni medika jew forma ta’ diżabilità.

 

Bl-iskema New Hope dan l-ostaklu ġie megħlub permezz tal-Awtorità tad-Djar li qed taġixxi bħala l-garanzija tal-individwu f’dawn il-każijiet u għaldaqstant, kull min jaqa’ taħt din l-iskema se jkun eleġibbli biex jingħata l-loan mill-banek Maltin mingħajr il-ħtieġa tal-life insurance policy. L-applikant xorta waħda jrid jagħmel pagament addizzjonali annwali ekwivalenti għal dak li individwu jħallas permezz tal-life insurance. 

 

B’hekk, kull min jaqa’ taħt din l-iskema jista’ faċilment isir sid ta’ daru u jixtri proprjetà sa massimu ta’ mitejn u ħamsin elf ewro. 

 

Biex tiġi assigurata l-eligibilità ta’ persuna taħt din l-iskema, l-applikanti jridu jiġu verifikati mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità filwaqt li jippreżentaw ukoll żewġ applikazzjonijiet irrifjutati ta’ Life Insurance Policies mingħand distributuri differenti qabel ma japplikaw għall-iskema New Hope. 

 

Filwaqt li l-Awtorità tad-Djar tiggarantixxi home loans li jammontaw sa mitejn u ħamsin elf ewro, l-applikanti jistgħu jakkwistaw loan akbar skont id-diskrezzjoni tal-bank li jkunu ssieħbu miegħu. 

 

New Hope hija skema minn sensiela ta’ inizjattivi mmirati biex jassiguraw stabbiltà fis-settur tal-housing u aċċessibilità kontinwa għal kull min jagħmel użu minnha.

Għal aktar tagħrif agħfas dan il-link:

 

https://housingauthority.gov.mt/mt/scheme/new-hope-scheme/

27.09.2024
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI