image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
BannerImage
Back mur lura

Donazzjoni tal-Leave

Date 13.11.2026
Time 5 minuti

L-Amministrazzjoni Pubblika tkompli tappoġġja lill-impjegati tagħha permezz ta’ miżuri li jagħmlu differenza f’mumenti diffiċli. Fost dawn hemm id-donazzjoni ta’ sigħat ta’ leave minn Fond Ċentrali, li jipprovdi għajnuna lil impjegati li, minħabba ċirkostanzi umanitarji, ma jkollhomx biżżejjed leave biex ikopru l-assenza tagħhom mix-xogħol.

 

Din il-miżura tista’ tassisti lil min ikun qed jaffaċċja marda serja li żżommu milli jaħdem, kif ukoll lil impjegati li jkollhom jakkumpanjaw lil uliedhom barra minn Malta għal trattament mediku kruċjali. Jiġu kkunsidrati wkoll każijiet umanitarji oħra. Is-sigħat mogħtija jippermettu li l-perjodu ta’ assenza jkun kopert minn leave mħallas, u b’hekk tittaffa l-pressjoni finanzjarja fuq l-impjegati u l-familji tagħhom.

 

Il-Fond Ċentrali, amministrat mid-Diviżjoni dwar in-Nies u l-Istandards, jinġabar permezz ta’ donazzjonijiet volontarji ta’ sigħat ta’ leave minn impjegati madwar l-Amministrazzjoni Pubblika. Matul l-2025, madwar 227 talba ngħataw għajnuna permezz ta’ aktar minn 64,000 siegħa ta’ leave, xhieda tas-solidarjetà fost il-kollegi u tal-importanza ta’ din l-għajnuna fil-mumenti l-aktar diffiċli.

 

Min jixtieq jibbenefika għandu jressaq talba formali lid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani tal-ministeru rispettiv, biex din tiġi evalwata mid-Diviżjoni dwar in-Nies u l-Istandards. Għal aktar informazzjoni jew biex jingħataw sigħat ta’ leave, wieħed jista’ jikkonsulta t-Taqsima 1.10 tal-Manual on Work-Life Balance Measures, jikkuntattja lid-Direttur responsabbli mill-People Management jew lill-One-Stop-Shop għall-Uffiċjali Pubbliċi fuq 22001225 jew [email protected].

13.11.2026
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

One-Stop-Shop għall-Uffiċjali Pubbliċi

Arrow
Image

L-aħħar ċans biex tinnomina għall-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI