image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

L-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni 2024-2030 – Żvilupp ta’ Viżjoni għall-Futur bi Trasformazzjoni tal-Edukazzjoni

Date 16.07.2024
Time 5 minuti

L-Edukazzjoni hija l-passaport tal-futur, għaliex għada huwa ta’ dawk li jippreparaw għalih illum.” Malcolm X, 1964


F’Mejju 2024 il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni nieda l-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni. L-istrateġija hija mfassla fuq pjan ta’ sitt snin, b’viżjoni sal-2050 u mibnija fuq tliet pilastri, 36 miżura u 153 inizjattiva. Dan il-pjan strateġiku jindirizza l-esiġenzi dejjem jikbru fuq is-sistema edukattiva u jipprepara lill-istudenti għall-iżviluppi ekonomiċi, ambjentali u soċjali mgħaġġla. Sabiex din il-missjoni tkun tista’ titwettaq, il-Ministeru kkonsulta mal-partijiet ikkonċernati matul il-fażijiet tal-konsultazzjoni bikrija u l-konsultazzjoni pubblika, saħansitra bl-involviment ta’ esperti mill-OECD għat-tħaddim tal-prospettiva strateġika.

Permezz tal-approċċ fejn il-persuna tinżamm fiċ-ċentru, l-istrateġija tidħol fil-qalba tas-sistema edukattiva. Il-Ministeru jemmen li l-edukaturi għandhom irwol kruċjali fil-formazzjoni tal-għanijiet u l-objettivi tas-sistema edukattiva. Għal din ir-raġuni, l-ewwel pilastru huwa ddedikat għall-Benesseri, u jenfasizza l-importanza tal-benesseri tal-edukaturi flimkien ma’ dak tal-istudenti. 

It-tieni pilastru, Tkabbir u Emanċipazzjoni, jindirizza l-impatt tal-megatendenzi bħalma huma d-diġitalizzazzjoni u l-globalizzazzjoni. Il-bidla minn inizjattivi għal programmi akkreditati allinjati mal-attitudnijiet, l-għanijiet, il-ħiliet u l-valuri li hemm bżonn biex l-istudenti jiffjorixxu fl-2030 u lil hinn hija waħda mill-inizjattivi prinċipali tal-istrateġija li tirrifletti l-impenn tagħna li nsaħħu l-individwi u nsawru l-futur. 

Il-Ministeru jemmen li l-edukazzjoni hija għodda fundamentali li tagħti l-opportunità lil kulħadd biex jilħaq il-potenzjal tiegħu; għaldaqstant it-tielet pilastru huwa ddedikat għall-Ekwità u l-Inklużjoni. Dan juri l-impenn li l-Ministeru għandu biex jindirizza l-frammentazzjoni soċjali u l-inugwaljanzi.

L-istrateġija għandha rwol ċentrali biex jintlaħqu l-miri nazzjonali tal-Unjoni Ewropea u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tal-UNESCO, partikolarment mira numru 4. Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, permezz ta’ pjan ta’ azzjoni b’miri ċari li huma msaħħa b’mekkaniżmu ta’ ġbir tar-rispons li jgħaddi f’dashboard estensiva, huma parti integrali tal-istrateġija. Din l-istrateġija hija indispensabbli għat-trasformazzjoni tal-edukazzjoni, u permezz tagħha l-Ministeru jaspira li jintlaħqu aħjar il-bżonnijiet tal-istudenti u l-edukaturi, u li fl-aħħar mill-aħħar titjieb il-kwalità tal-ħajja tas-soċjetà kollha. 

16.07.2024
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI