Servizz.gov dejjem eqreb tiegħek – ċentru mġedded fiż-Żejtun u servizzi madwar Malta u Għawdex
Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jirrikonoxxi d-dedikazzjoni, il-professjonalità u l-kontribut ta’ ħaddiema, timijiet u organizzazzjonijiet li ta’ kuljum jagħmlu differenza fuq il-post tax-xogħol u fis-soċjetà.
Din is-sena, il-premju jinkludi 12-il kategorija, fosthom żewġ kategoriji ġodda li jirrikonoxxu l-kontribut tal-ħaddiema u l-organizzazzjonijiet li tejbu l-produttività permezz tad-diġitalizzazzjoni u l-innovazzjoni.
Il-premju huwa wkoll opportunità biex jiġi enfasizzat ir-rwol importanti tal-ħaddiema fit-tisħiħ tal-kwalità tas-servizzi u fl-iżvilupp ta’ pajjiżna. Permezz tal-impenn, il-kreattività u l-ħidma f’tim, dawn il-ħaddiema jikkontribwixxu għal ambjent tax-xogħol aktar effiċjenti, innovattiv u inklussiv.
Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet se ssir nhar il-Ġimgħa, 27 ta’ Novembru 2026, fil-Palazz tal-President fil-Belt Valletta, taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta.
In-nominazzjonijiet jagħlqu s-Sibt, 31 ta’ Ottubru 2026. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jinnomina individwi, timijiet jew organizzazzjonijiet li jistħoqqilhom dan ir-rikonoxximent.
Taf lil xi ħadd li jagħmel differenza bil-ħidma tiegħu? Innominah illum fuq: premjuhaddiem.gov.mt