L-aħħar ċans biex tinnomina għall-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026
Il-One-Stop-Shop għall-Uffiċjali Pubbliċi (OSS), fi ħdan id-Diviżjoni dwar Nies u Standards, iservi bħala punt ta’ referenza għall-uffiċjali pubbliċi, billi jipprovdi informazzjoni, gwida u assistenza dwar il-kundizzjonijiet tal-impjieg.
Is-servizzi tiegħu jkopru regolamenti tal-impjieg, eliġibbiltà għall-allowances, leave speċjali, miżuri ta’ bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, kif ukoll prattiċi moderni bħar-remote working, il-flexitime, il-flexi-week u r-reduced hours.
L-OSS jiffaċilita wkoll id-djalogu bejn l-impjegati u l-maniġment, filwaqt li jaħdem ma’ persuni ta’ referenza f’kull Ministeru biex tingħata assistenza effettiva u fil-ħin.
F’każijiet ta’ allegati inġustizzji, l-impjegati jistgħu jressqu l-każ tagħhom bil-miktub lill-OSS, li jieħu ħsieb il-proċess amministrattiv u jgħaddih lill-Grievances Board għal investigazzjoni imparzjali. Il-Bord jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Ministeri responsabbli.
Dettalji ta’ kuntatt
Ħinijiet tal-ftuħ (mit-Tnejn sal-Ġimgħa):
Permezz ta’ dan is-servizz, l-Amministrazzjoni Pubblika tkompli ssaħħaħ l-appoġġ lill-impjegati tagħha, filwaqt li tiżgura li jkollhom aċċess għal informazzjoni korretta u assistenza xierqa.