image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
BannerImage
Back mur lura

Servizz.gov dejjem eqreb tiegħek – ċentru mġedded fiż-Żejtun u servizzi madwar Malta u Għawdex

Date 23.10.2026
Time 5 minuti

Servizzi aktar aċċessibbli, ambjenti moderni u assistenza personalizzata. Dan huwa l-impenn ta’ Servizz.gov biex ikompli jqarreb is-servizzi tal-Gvern lejn iċ-ċittadini.


Iċ-ċentru ta’ Servizz.gov fiż-Żejtun issa jinsab f’post ġdid, fil-binja AM Business Centre, Triq il-Labour, iż-Żejtun. Permezz ta’ dan it-titjib, il-klijenti jistgħu jinqdew b’mod aktar effiċjenti u f’ambjent li joffri aktar privatezza, kumdità u sigurtà.


Din il-ħidma tifforma parti minn investiment usa’. Mill-2023 sal-lum, Servizz.gov investa €1.3 miljun fil-ftuħ ta’ ċentri reġjonali ġodda, kif ukoll fir-rinnovar u l-immodernizzar ta’ ċentri eżistenti.


Illum, Servizz.gov għandu 27 ċentru madwar Malta u Għawdex, li joffru lill-pubbliku aċċess għal mijiet ta’ servizzi tal-Gvern minn post wieħed. Kemm jekk għandek bżonn informazzjoni dwar benefiċċji soċjali, pensjonijiet, edukazzjoni jew servizzi oħra, tista’ ssib l-assistenza li teħtieġ mingħajr ma jkollok għalfejn tmur minn dipartiment għall-ieħor.


Minbarra ċ-ċentru taż-Żejtun, tista’ żżur ċentri f’diversi lokalitajiet, fosthom il-Belt Valletta, Birkirkara, il-Mosta, ir-Rabat, Raħal Ġdid, Ħaż-Żabbar u r-Rabat, Għawdex.


Għal min jippreferi jaċċessa s-servizzi mill-kumdità ta’ daru, Servizz.gov joffri wkoll il-portal elettroniku, il-Freephone 153 u mezzi oħra ta’ komunikazzjoni.


Sib iċ-ċentru l-aktar viċin tiegħek! Żur www.servizz.gov.mt/mt/hubs biex issib l-indirizzi, il-ħinijiet tal-ftuħ u aktar informazzjoni dwar iċ-ċentri kollha.


Servizz.gov – servizz aktar qrib tiegħek, fejn u meta jkollok bżonnu.

23.10.2026
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Miftuħin n-nomini għall-Premju Soċjetà Ġusta 2026

Arrow
Image

Festa Ikel Malti: Ġurnata ta’ Togħmiet u Divertiment fil-Pitkalija

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI