image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

Il-gżira ta’ Għawdex bl-ewwel bypass

Date 21.11.2025
Time 5 minuti

Għawdex issa għandu l-ewwel bypass tiegħu li se jkun qed jgħaqqad il-belt Victoria mat-triq ta’ Marsalforn; proġett li l-għan warajh huwa li jittaffa l-volum qawwi ta’ traffiku li ta’ kuljum jgħaddi miċ-ċentru tal-belt Victoria. Il-kostruzzjoni ta’ dan il-bypass kien proġett ambizzjuż u impenjattiv, iżda ma kienx nieqes mill-isfidi. Fost dawn, kien hemm għadd ta’ sejbiet arkeoloġiċi li ġew iddokumentati u ppreservati kollha. Kien hemm ukoll l-isfida tal-ġestjoni tal-ilma tax-xita. Biex tiġi indirizzata din il-problema, kellu jinbena kanal tal-ilma. Apparti hekk, kellu jinbena pont biex tiġi salvata barriera li nstabet fl-inħawi, li wkoll se tkun tkun qed tintuża biex jinġabar l-ilma tax-xita. 

 

Min-naħa l-oħra, issa nbeda wkoll ix-xogħol fuq it-triq ta’ Marsalforn innifisha. B’rabta ma’ dawn ix-xogħlijiet tneħħiet l-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni li kienet installata qrib wisq tal-wiċċ tat-triq. Biex sar dan ix-xogħol, l-infrastruttura temporanja kellha proviżorjament tiġi mgħoddija mal-ġenb tat-triq, u b’hekk in-nies li jgħixu Marsalforn baqgħu jingħataw is-servizz mingħajr xkiel. Issa li dan ix-xogħol tlesta, beda x-xogħol fuq l-installazzjoni ta’ servizzi ġodda u l-bini mill-ġdid tat-triq. Dan ix-xogħol għandu jkun lest sat-tieni nofs tas-sena d-dieħla. 

 

Ta’ min jirrimarka li wara li nħarġu l-permessi relevanti mill-Awtorità tal-Ippjanar, u fuq inizjattiva tal-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar, tkomplew id-diskussjonijiet ma’ Din l-Art Ħelwa biex tiġi salvata iktar art u jinqalgħu l-inqas ammont ta’ siġar possibbli. B’rabta ma’ dan, instabet rotta aktar pittoreska għaċ-ċiklisti. Għaldaqstant, il-maġġorparti ta’ din ir-rotta se tiġi mgħoddija minn pajsaġġi rurali, filwaqt li parti żgħira mill-imsemmija rotta se tkun mgħoddija mal-ġenb tat-triq. Apparti hekk, partijiet tat-triq li llum huma wiesa’ u ma hemmx ħtieġa għall-użu tagħhom se jiġu kkonvertiti lura għal art bil-ħamrija. Għaldaqstant, f’dawn iż-żoni se jinżergħu għadd ta’ siġar u arbuxelli. 


21.11.2025
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI