image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

MIŻURI ĠODDA FAVUR IL-BILANĊ BEJN IX-XOGĦOL U L-FAMILJA

Date 08.06.2022
Time 5 minutes
Ħaddiema tas-Settur Pubbliku se jkollhom ġurnata minn 5 ta’ Carers Leave imħallsa. Dan hekk kif mill-lum, daħħlu fil-liġi drittijiet ġodda biex jintleħaq aktar bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol, fosthom 10 ijiem leave tal- paternità, il-leave t'erba' xhur għall-ġenituri li xahrejn minnhom se jkunu mħallsa, id-dritt tal-flessibilità fuq il-post tax-xogħol, u l-5 ijiem Carers Leave.

Dan tħabbar mis-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana u s-Segretarju Parlamentari Dr Andy Ellul, waqt forum għad-Diretturi responsabbli mir-riżorsi umani tas-Servizz Pubbliku. F’dan il-forum ingħataw dettalji dwar kif se jiġu implimentati d-drittijiet ġodda li ddaħħlu fil-liġi, fosthom permezz ta’ preżentazzjonijiet mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg, u mid-Diviżjoni tal-People & Standards.

B’effett mit-2 ta’ Awwissu 2022, impjegati pubbliċi se jibbenefikaw minn dawn il-miżuri favur ix-xogħol u l-familja.

Parent Leave 
Missirijiet jew, sa fejn ikun rikonoxxut mil-liġi nazzjonali, it-tieni ġenituri ekwivalenti huma intitolati għal għaxart (10) ijiem leave bi ħlas fl-okkażjoni tat-twelid/adozzjoni ta’ kull wild.

Leave għall-Ġenituri (japplika għal ġenituri, ġenituri adottivi, kustodji legali u foster carers)
Kull ġenitur huwa intitolat għal xahrejn leave għall-ġenituri bi ħlas mill-intitolament ta’ tnax-il (12) xahar tal-leave għall-ġenituri. Dawn ix-xahrejn se jitħallsu skont ir-Regolamenti dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata għall-Ġenituri u għall-Persuni li jindukraw (SL 452.125). Impjegati f’pożizzjonijiet ta’ kapijiet se jkunu intitolati għal massimu ta’ erba’ (4) xhur leave għall-ġenituri li xahrejn minnhom jitħallsu kif indikat hawn fuq. Il-leave għall-ġenituri jista’ jiġi utilizzat sakemm l-ulied jilħqu l-età ta’ għaxar (10) snin. 

Carers’ Leave
Qed tiġi introdotta miżura ġdida li permezz tagħha l-impjegati pubbliċi kollha huma intitolati għal ħamest (5) ijiem Carers’ Leave, li ġurnata minnhom se tkun imħallsa u l-erba’ (4) ġranet l-oħra huma mingħajr ħlas. Dan il-leave huwa mmirat sabiex wieħed jieħu ħsieb xi qarib, jew persuna li tgħix fl-istess dar, u li jkollha bżonn ta’ kura u sapport għal raġunijiet mediċi.

Il-Public Service Management Code u l-Manwali ġew aġġornati sabiex jirriflettu dawn il-bidliet.
08.06.2022
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI