image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

Wieħed mill-akbar padiljuni fl-Ewropa - Skopri l-faċilitajiet li tista’ ssib

Date 02.08.2024
Time 5 minuti

Il-Padiljun Sportiv u Akkwatiku ta’ Għawdex huwa investiment sportiv bi tliet għanijiet prinċipali: li jilqa’ firxa wiesgħa ta’ dixxiplini sportivi u akkwatiċi, li jservi bħala post ideali għat-taħriġ, kompetizzjoni u avvenimenti komunitarji, u fl-aħħar u mhux l-inqas biex iservi bħala pedament għall-attivitajiet sportivi lokali u internazzjonali li se jittellgħu fil-gżira Għawdxija. Din il-faċilità se tiżgura ambjent komprensiv, inklussiv u versatili għall-isports u r-rikreazzjoni, bil-għan li taqdi lill-komunità lokali diversa ta' Għawdex. Fost l-oħrajn, il-faċilitajiet ta’ dan il-padiljun se jsaħħu l-kurrikulu tal-Kulleġġ ta’ Għawdex, tant, li matul is-sena skolastika, l-istudenti se jkollhom aċċess għall-faċilitajiet u programmi sportivi tal-ogħla livell. Apparti hekk, il-faċilità hija mgħammra wkoll biex tospita kompetizzjonijiet internazzjonali. Għaldaqstant din il-faċilità se tgħin biex Għawdex isaħħaħ il-qasam tal-iskambju kulturali mill-aspett sportiv. Sabiex jintlaħqu dawn il-miri ambizzjużi, dan  il-proġett – mifrux fuq medda ta’ 5,190 metru kwadru fuq diversi livelli – ġie ppjanat bir-reqqa biex jilħaq l-ogħla standards ta’ funzjonalità u kumdità. L-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett huma turija ċara tal-impenn tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar biex tali proġetti jilħqu l-miri rikjesti ta’ eċċellenza, sostenibbiltà u anke l-involviment tal-komunità. 


Dan il-padiljun hu mqassam fi tliet livelli li fost l-oħrajn jinkludu dawn il-faċilitajiet:

  • Pixxina ta’ daqs olimpiku b’daqs ta' 50 b’25 metru konformi mal-istandard tal-FINA, adattata għall-waterpolo u għawm kompetittiv. Din il-pixxina se jkollha korsiji kemm ta' 25m u kif ukoll ta' 50m. Dan apparti li l-faċilità se tkun tinkludi wkoll spazju għall-ispettaturi;
  • Sala tal-ġinnastika mgħammra biex tappoġġja firxa ta’ dixxiplini;
  • Tliet squash courts professjonali għad-dilettanti ta’ din id-dixxiplina sportiva;
  • Kmamar u sawni għat-terapija u r-rilassament;
  • Ħajt għat-tixbit (climbing wall) b'ħafna sulari li joffri sfidi għax-xabbata ta’ kull livell;
  • Żona trankwilla ddedikata għall-attivitajiet bħall-yoga u mindfulness;
  • Weight room b'tagħmir ta' fitness mill-aktar avvanzat għal strength training;
  • Sala tal-basketball full size ddisinjata biex tospita logħbiet lokali u internazzjonali;
  • Multipurpose pitches fuq barra. Se jkun hemm żewġ pitches li jakkomodaw taħriġ u logħob kompetittiv f’diversi dixxiplini sportivi, u pitch ieħor dedikat għall-padel; u
  • Żona għall-billiards u għat-table games 

Apparti hekk, id-disinn tal-faċilità se jkun jinkorpora dawl naturali abbundanti. Dan il-fattur se jnaqqas il-ħtieġa tal-ġenerazzjoni ta’ dawl artifiċjali, apparti li se jtejjeb l-esperjenza ta’ kull min jagħmel użu minn dan il-padiljun. Dan huwa kkumplimentat ukoll ma’ ventilazzjoni naturali bil-għan li tinżamm l-aħjar arja kundizzjonata fil-faċilità b'mod effiċjenti.

Finalment, dan il-proġett mhux biss jirrappreżenta investiment sinifikanti fl-infrastruttura fiżika u soċjali ta’ Għawdex, iżda jirrifletti wkoll id-dedikazzjoni tal-Ministeru għat-trawwim ta’ komunità vibranti, b’saħħitha u inklussiva. Nistennew bil-ħerqa l-impatt pożittiv li din il-faċilità se jkollha fuq il-gżira, billi nippromwovu l-eċċellenza u l-benesseri sportivi għas-snin li ġejjin.

02.08.2024
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI