image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

CASA LEONE - DAR L-ILJUNI

Date 16.08.2022
Time 5 minutes

​Din il-binja nbniet matul il-maġisteru tal-Gran Mastru Portugiż Antonio Manoel de Vilhena (1722-1736). Din inbniet bl-iskop li tkun il-palazz tas-sajf tal-Gran Mastru fl-1730 u kienet magħrufa bħala l-Palazz Vilhena. Ta’ min jgħid li meta nbena dan il-palazz, l-inħawi kienu kollha kampanja u nbena qrib l-akkwadott li kien jieħu l-ilma mill-inħawi tar-Rabat u Ħad-Dingli lejn il-Belt Valletta, liema struttura nbniet fil-bidu tas-seklu sbatax.

Dar l-Iljuni hija magħrufa b’dan it-titlu għall-fatt li fil-faċċatta nsibu erba’ statwi ta’ ljuni, liema annimal huwa parti mill-emblema tal-Gran Mastru Vilhena. L-arkitett ta’ dan il-post kien l-inġinier militari Franċiż Charles Francois de Mondion (1681-1733) u nbena fuq l-istil Barokk. Fuq wara tal-binja nsibu ġnien kbir li, fl-1977, parti kbira minnu nqatgħet minn mal-post u nfetħet għall-pubbliku bl-isem ta’ Ġnien Romeo Romano.

Il-post intuża għal diversi funzjonijiet matul l-istorja Maltija. Fl-imblokk Malti kontra l-ħakma Franċiża (1798-1800) dan il-palazz serva bħala l-kwartieri ġenerali militari tal-Maltin. Matul il-perjodu kolonjali Ingliż, il-palazz intuża bħala r-residenza tal-Gvernaturi Ingliżi u wara bħala r-residenza tal-Logutenent Gvernatur. Memorja ta’ dawn il-persuni tinsab fl-ewwel sala, fejn hemm l-emblemi kollha tagħhom ħdejn is-saqaf.

Matul it-Tieni Gwerra Dinjija (1940-1945), Dar l-Iljuni ntużat bħala maħżen għall-kollezzjonijiet tal-antikitajiet tal-Mużew, liema skop ġie utilizzat sal-1954. Wara dan il-perjodu, sal-1968, bdiet tintuża bħala skola primarja għat-tfal ta’ Santa Venera sakemm l-istudenti ġew trasferiti għal skola oħra. Bejn l-1977 u l-1978 sar restawr fil-post u beda jintuża biex jospita mistednin barranin f’pajjiżna.

Fiż-żmien riċenti l-post beda jservi bħala uffiċċju għal diversi ministeri, b’dak kurrenti jkun il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali. Il-binja kienet ġiet inkluża fil-Lista tal-Protezzjoni tal-Antikitajiet tal-1932 u ġiet skedata mill-Awtorità Maltija għal-Ippjanar u l-Ambjent fl-2009 bħala monument nazzjonali tal-Ewwel Grad. Iktar riċenti, fl-2012, Dar l-Iljuni ġiet inkluża fl-Inventarju Nazzjonali tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Nazzjonali.

16.08.2022 | Awtur: David Bartolo
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI