image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Date 19.06.2026
Time 5 minuti

Il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mar-rappreżentanti tal-MCESD biex jiddiskuti l-prijoritajiet tal-Gvern għal din il-leġiżlatura, b’enfasi fuq id-djalogu soċjali, l-implimentazzjoni tal-Viżjoni Malta 2050 u t-tisħiħ tal-kwalità tal-ħajja.


Matul il-laqgħa, il-Prim Ministru saħaq fuq l-importanza tal-imsieħba soċjali fit-tfassil ta’ politika li tagħti ċertezza, stabbiltà u direzzjoni ċara lill-pajjiż. Huwa tenna li l-Gvern se jkompli jaħdem b’mod konsultattiv, kif sar f’mumenti kruċjali bħall-pandemija u fit-tfassil tal-Viżjoni Malta 2050.


Il-Kap tas-Servizz Pubbliku, Tony Sultana, enfasizza r-rwol ċentrali tal-amministrazzjoni pubblika biex il-prijoritajiet nazzjonali jinbidlu f’azzjoni konkreta.


“L-amministrazzjoni pubblika hija lesta li tisma’, imma fuq kollox li tmexxi l-implimentazzjoni meħtieġa. Tmexxija moderna tfisser li noħolqu viżjoni ċara, nieħdu deċiżjonijiet b’kuraġġ fejn ikun hemm bżonn, u niffaċilitaw il-bidla neċessarja biex Malta tibqa’ kompetittiva, inklussiva u sostenibbli,” qal Tony Sultana.


Il-laqgħa enfasizzat ukoll li l-programm ta’ ħidma tal-Gvern huwa wieħed ambizzjuż u riformista, b’fokus fuq is-saħħa, l-edukazzjoni, il-mobbiltà sostenibbli, l-ambjent, id-diġitalizzazzjoni u l-benesseri tan-nies.


Min-naħa tiegħu, is-Segretarju tal-Kabinett, Ryan Spagnol, qal li diġà nbeda x-xogħol biex jiġu implimentati l-miżuri tal-Manifest Elettorali, flimkien ma’ miżuri oħra li kienu diġà għaddejjin. Huwa rrefera wkoll għall-Wellbeing Index, li għandu l-għan li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja b’25%.


Din il-laqgħa tikkonferma l-impenn li d-djalogu soċjali jibqa’ element ewlieni fil-mod kif il-pajjiż jimxi ’l quddiem. Għas-Servizz Pubbliku, dan ifisser rwol ċar: li jisma’, jikkordina u jwettaq il-bidliet meħtieġa biex il-prijoritajiet tal-Gvern jaslu għand iċ-ċittadin.


19.06.2026
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
Image

Is-Servizz tat-Trasport Pubbliku f’Għawdex Issa Kompletament bl-Elettriku Wara Investiment ta’ €11-il Miljun

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI