image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

Wara l-Qalb Blu: Nixħtu Dawl fuq it-Traffikar tal-Bnedmin

Date 30.07.2025
Time 5 minutes

Il-Jum Dinji kontra t-Traffikar tal-Bnedmin, li jitfakkar kull sena fit-30 ta’ Lulju, ifakkarna fil-ħtieġa urġenti li nkomplu niġġieldu kontra din il-kriminalità organizzata li tikser id-drittijiet fundamentali tal-bniedem. It-tema ta’ din is-sena – “It-Traffikar tal-Bnedmin huwa Kriminalità Organizzata – Inwaqqfu l-Isfruttament” – tistieden lill-istituzzjonijiet isaħħu l-ġlieda kontra n-netwerks ta’ traffikar u jipproteġu lil dawk f’riskju.


It-traffikar tal-bnedmin hija problema globali li taqbeż il-fruntieri u tinvolvi l-isfruttament tan-nies permezz ta’ sfurzar, qerq jew mezzi oħra, għall-profitt ta’ oħrajn. Dan ir-reat jhedded il-libertajiet u d-dinjità ta’ miljuni ta’ persuni madwar id-dinja, irrispettivament mill-età, is-sess jew in-nazzjonalità tagħhom.


Il-vittmi jistgħu jiġu traffikati għal diversi skopijiet: sfruttament sesswali, xogħol furzat, servitù domestiku, attività kriminali furzata, adozzjoni illegali, żwieġ furzat, u saħansitra surrogazzjoni abbużiva. Illum, bit-tixrid tat-teknoloġija diġitali, il-problema mxiet ukoll online. Il-vittmi jiġu manipulati biex iwettqu frodi diġitali jew jiġu reklutati u kkontrollati online, fosthom permezz tal-użu ta’ teknoloġiji avvanzati bħall-Intelliġenza Artifiċjali (AI).


Fl-2008, Malta rratifikat il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa kontra t-Traffikar. Minn dakinhar, il-pajjiż adotta approċċ koordinat u multidixxiplinari li jikkonsisti f’miżuri ta’ prevenzjoni, protezzjoni tal-vittmi u prosekuzzjoni tat-traffikanti.


Id-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem (HRD) ilu jmexxi l-isforzi ta’ Malta f’dan il-qasam mill-2020. F’dawn l-aħħar snin, l-HRD mexxa wkoll l-iżvilupp tal-Istrateġija Nazzjonali u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin f’Malta (2024–2030). Din l-Istrateġija tagħti prijorità lill-vittma u tappella għal rispons ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem, b’kollaborazzjoni effettiva bejn l-istituzzjonijiet.


It-tixrid ta’ għarfien dwar dan is-suġġett huwa parti essenzjali mir-rispons ta’ Malta kontra t-traffikar. Il-Kampanja tal-Qalb Blu, immexxija globalment mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC), hija inizjattiva ta’ għarfien biex niġġieldu t-traffikar u l-impatt tiegħu fuq is-soċjetà. Il-kampanja tinkoraġġixxi l-involviment tal-gvernijiet, is-soċjetà ċivili, is-settur privat u l-individwi, biex tispira l-azzjoni u tgħin biex tiġi evitata din il-kriminalità. Il-Qalb Blu tirrappreżenta d-dwejjaq tal-vittmi tat-traffikar, waqt li tfakkarna fil-qalb kattiva ta’ dawk li jixtru u jbigħu bnedmin.


Statistika globali turi li madwar 74% tat-traffikanti joperaw fi ħdan gruppi kriminali organizzati. Għaldaqstant, il-kampanja ta’ din is-sena tenfasizza lir-rwol kruċjali tal-infurzar tal-liġi u s-sistema tal-ġustizzja kriminali biex jinfirdu n-netwerks kriminali, dejjem b’approċċ li jpoġġi lill-vittma fiċ-ċentru.


Fil-Qasam tas-Servizz Pubbliku, l-uffiċjali pubbliċi għandhom irwol essenzjali biex jidentifikaw sinjali ta’ traffikar u jiżguraw li l-każijiet jiġu riferiti lill-awtoritajiet kompetenti. L-isfruttament mhux dejjem jidher, u t-traffikar spiss ikun moħbi. Għalhekk, huwa essenzjali li l-uffiċjali pubbliċi kollha jibqgħu viġilanti, infurmati u proattivi.


X’Jista’ jagħmel Uffiċjal Pubbliku?

  • Żomm ruħek infurmat: Tgħallem dwar l-indikaturi tat-traffikar u għarraf ruħek bil-proċeduri interni tad-direttorat jew id-dipartiment tiegħek f’każ li tiltaqa’ ma’ xi ħaġa suspettuża.
  • Appoġġja l-prevenzjoni: Uża l-pożizzjoni tiegħek biex tippromwovi salvagwardji u prattiki etiċi fis-servizzi pprovduti.
  • Ippromwovi l-koordinazzjoni: Ħu sehem f’inizjattivi interaġenzija u agħti kontribut tiegħek biex jissaħħu l-isforzi nazzjonali kontra t-traffikar.
  • Xerred l-għarfien: Kull opportunità fi ħdan l-entità tiegħek tista’ tkun mezz biex tinforma u taspira lil oħrajn.

 

Jekk tissuspetta każ ta’ Traffikar:

L-uffiċjali pubbliċi li jissuspettaw każ ta’ traffikar għandhom jieħdu passi immedjati biex jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti.

  • Biex tirrapporta attività suspettuża: 119
  • Għal servizzi ta’ appoġġ:
    • Aġenzija għas-Servizzi tal-Vittmi tal-Kriminalità: 116 006
    • Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali: 179

 

Hekk kif Malta tkompli ssaħħaħ l-isforzi tagħha kontra din il-kriminalità gravi, is-Servizz Pubbliku għandu jkompli jkun pilastru ta’ integrità u azzjoni. F’kull settur – kemm jekk edukazzjoni, saħħa, politika, infurzar jew ġid soċjali – il-kontribut tal-uffiċjali pubbliċi jista’ jagħmel differenza reali fil-ħajja tan-nies.


Il-Jum Dinji kontra t-Traffikar tal-Bnedmin huwa tfakkira importanti tar-responsabbiltà kollettiva tagħna u ta’ kemm l-eżempju tajjeb jista’ jkollu impatt pożittiv. Billi jħaddnu rwol attiv, l-uffiċjali pubbliċi jistgħu jgħinu fit-tmiem tal-isfruttament u jippromwovu l-ġustizzja f’kull rokna tas-soċjetà.

image
30.07.2025
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI