Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali
Qed jiġri li l-bnedmin u l-annimali qed idumu iżjed biex ifiqu minn infezzjonijiet minkejja l-użu tal-antibijotiċi. Qed ikollhom jintużaw dożi dejjem akbar ta’ antibijotiċi u li xi drabi xorta ma jaħdmux sew. Din tissejjaħ reżistenza għall-antibijotiċi (antibiotic resistance). Din ir- reżistenza għall-antibijotiċi tiżdied bi prattiċi ħżiena bħal dawn li se nsemmu:
L-użu ħażin ta’ antibijotiċi jwassalhom biex ma jibqgħux jaħdmu fuq l-annimal tal-ikel jew ‘pets.’ Bħala riżultat, m'għadhomx joqtlu l-batterji li jikkawżaw infezzjonijiet fl-annimali. Il-batterji li ma jinqatlux mill-antibijotiċi jissejħu batterji reżistenti u jistgħu jinfirxu fuq il-bnedmin ukoll.
Għax il-batterji m’għandhomx fruntieri. Jinxterdu mill-ikel, mill-ambjent, minn bniedem għal bniedem u minn annimal għal bniedem. Fattur jaffettwa lil ieħor; Dan huwa l-prinċipju ‘Ta’ Saħħa Waħda’ (‘One Health’).
Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali qed jaħdmu flimkien biex iwettqu pjan nazzjonali maqbul bejniethom sabiex flimkien jiġġieldu dil-problema serja. Il-Kummissjoni Ewropea, l-FAO u l-WHO qegħdin jaħdmu flimkien biex id-dinja kollha tiġġieled din il-“pandemija.”