image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

Imwettqa 86% tal-miżuri tal-Baġit 2025

Date 24.10.2025
Time 5 minuti

Fil-preżenza tal-Ministru għall-Finanzi, Clyde Caruana, u t-tmexxija tas-Servizz Pubbliku, il-Kap tal-Amministrazzjoni Pubblika, Tony Sultana, nieda l-pubblikazzjoni “It-Twettiq tal-Baġit 2025,” fejn ħabbar li r-rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit għall-2025 kienet ta’ 86%. Din hija figura li għoliet bi 2% mis-sena l-oħra u tkompli tagħti kunfidenza fl-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena d-dieħla hekk kif ninsabu ftit jiem bogħod mit-tħabbira tal-baġit għas-sena 2026.

 

Is-Sur Sultana kompla jispjega kif fil-baġit għal din is-sena ġew ippreżentati 326 miżura li minnhom 62% kienu miżuri soċjali, 20% ambjentali u 18% ekonomiċi.  Ir-riżultati tajbin fl-implimentazzjoni huma frott tal-ħidma mid-dipartimenti, direttorati u entitajiet kollha, b’kordinazzjoni mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Id‑Diviżjoni għall‑Koordinazzjoni u l‑Implimentazzjoni fl‑Uffiċċju tal‑Prim Ministru b’mod xjentifiku timmonitorja l-miżuri, twassal ir-rappurtaġġi tagħha u tgħin fit-twettiq. Din l-istruttura kompliet tissaħħaħ hekk kif ġiet introdotta sistema ġdida ta’ monitoraġġ u rappurtaġġ biex b’hekk sfidi fl-implimentazzjoni qed jiġu indirizzati b’mod aktar pront.

 

Skont il-Kap tas-Servizz Pubbliku, Tony Sultana, l-impjegati tal-Amministrazzjoni Pubblika huma l-mutur wara l-implimentazzjoni tal-baġit. L-impenn u l-kapaċità tal-impjegati matul is-sena kollha jwasslu biex il-baġit verament ikun għodda ta’ trasformazzjoni soċjali u ekonomika.

 

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Finanzi, Clyde Caruana, sostna li r-rati b’saħħithom ta’ implimentazzjoni sena wara l-oħra jkomplu juru l-għaqal li bih jiġu mfassla l-baġits ta’ pajjiżna. Dan il-Gvern għandu track record ta’ baġits responsabbli, li barra li jwieżnu lill-familji u lin-negozji, jilħqu l-miri ekonomiċi tagħna biex pajjiżna jibqa’ b’saħħtu. Barra minn xtutna, fl-aħħar snin, gvernijiet oħra ħadu deċiżjonijiet u miżuri differenti u llum qed jiffaċċjaw sfidi kbar li mhux biss qed ikunu kostretti jnaqqsu l-ispiża tagħhom, iżda qed jaraw il-qgħad jiżdied u jżidu l-piżijiet fuq in-nies.

 

F’pajjiżna r-realtà hija totalment differenti. F’Malta l-andament ekonomiku huwa b’saħħtu, is-suq tax-xogħol illum għandu l-iktar ammont ta’ nies jaħdmu, filwaqt li l-qagħda fiskali qed titjieb minn sena għal oħra. “B’hekk, nhar it-Tnejn li ġej se nerġgħu nippreżentaw Baġit ieħor li bih se nkomplu ngħinu lin-nies, lil min iħaddem u fl-istess waqt Baġit li jkompli jsaħħaħ is-sisien ta’ dan il-pajjiż,” temm jgħid il-Ministru Caruana.

 

Il-pubblikazzjoni “It-Twettiq tal-Baġit 2025” fiha elenku tal-miżuri kollha li tħabbru fil-baġit 2025, u fejn kull miżura hemm rappurtaġġ tal-istat tagħha. Apparti minn hekk, il-pubblikazzjoni tagħti analiżi tal-andament ekonomiku u rappurtaġġ dwar ix-xogħol li jsir minn wara l-kwinti biex il-miżuri jiġu allinjati mal-Miri Sostenibbli tal-Ġnus Magħquda.

 

Il-pubblikazzjoni “It-Twettiq tal-Baġit 2025,” maħruġa mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni, tista’ tinqara minn hawn.

24.10.2025
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI