image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

Il-Mitħna tax-Xewkija

Date 13.09.2024
Time 5 minuti

Il-Mitħna tax-Xewkija nbniet fi żmien il-Kavallieri, sewwasew fl-1710, taħt it-tmexxija tal-Gran Mastru Raymundo Perellos (1697-1720). Kontra kif kienu jinbnew l-imtieħen fi żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann, il-mitħna tax-Xewkija ma nbnietx fuq xi għolja biex iwiżinha r-riħ, imma f’medda ċatta kif jibda r-raħal tax-Xewkija. Din il-mitħna kienet it-tieni waħda li nbniet f’Għawdex u hija l-eqdem waħda eżistenti f’Għawdex. L-imtieħen l-oħra f’Għawdex inbnew wara, u biċċiet minnhom taħt l-Ingliżi. Din il-mitħna damet taħdem mill-1710 sal-1886. Għandha forma ottangolari, jiġifieri bi tmien ponot. Inbniet tħares lejn l-irjieħ ewlenin bil-ħitan tagħha jħarsu lejn it-Tramuntana, in-Nofsinhar, il-Punent, il-Lvant, il-Lbiċ, ix-Xlokk, u l-Grigal.

Din il-mitħna reġgħet ingħatat il-glorja tagħha fl-2021 meta tlesta restawr estensiv mill-Ministeru għal Għawdex bl-għajnuna ta’ fondi Ewropej. L-inawgurazzjoni saret fid-29 ta’ Jannar 2021. Ir-restawr sar minn nies professjonali, kemm fuq ġewwa tagħha kif ukoll fuq barra. Inbnew faċilitajiet sanitarji u twaqqa’ bini li oriġinarjament ma kienx jeżisti fl-1700. U nfetħet bħal pjazza żgħira għall-attivitajiet folkloristiċi. Ġie mgħoddi l-elettriku, l-ilma u l-inġinerija li kien hemm bżonn mingħajr ma żdiedu trinek ġodda fil-ħitan. Prattikament intużaw il-fili eżistenti u għodod adattati sabiex dan ix-xogħol sar mingħajr ħsara u danni fuq l-istruttura. Inżammet iċ-ċangatura oriġinali u fejn kienet imkissra ssewwiet bil-fibre rods u epoxy resin. Inxtara l-iroka, ir-red deal, il-white ash u l-pine sabiex inħadem il-makkinarju kollu mill-ġdid peress li dak oriġinali kien inħaraq fis-snin għoxrin tas-seklu li għadda. Il-makkinarju nħadem kollu minn żewġ mastrudaxxi fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u ġie installat fuq il-post minn Heritage Malta. Tpoġġew il-pinnur, id-delujiet, il-buttun u aċċessorji żgħar oħra. Dan kollu sar taħt osservazzjoni u pariri ta’ espert li kien diġà ħadem fuq il-Mitħna ta’ Kola, fix-Xagħra, u l-assistenza ta’ Heritage Malta. Tpoġġa wkoll il-kappell u ġew installati l-qlugħ. Dan ix-xogħol sar bl-assistenza teknika u pariri tas-Superintendenza tal-Patrimonju Kulturali.

U ladarba ġiet irrestawrata, il-mitħna qed tinfetaħ kuljum għall-viżitaturi, u mingħajr ħlas, u qed tintuża bħala hub fejn isiru attivitajiet folkloristiċi u oħrajn marbutin ma’ wirt artna.

image
13.09.2024
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI