image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

Żewġ proġetti mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fis-Siġġiewi

Date 16.08.2024
Time 5 minuti

Bla dubju ta’ xejn li wieħed mill-isbaħ irħula li għandna f’pajjiżna huwa s-Siġġiewi. Bħalissa d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qed jimplimenta żewġ proġetti maġġuri f’din il-lokalità li huma: it-tisbiħ u rinnovar ta’ spazju fil-qalba tal-komunità magħrufa bħala Ta’ Ramija, kif ukoll il-bini mill-ġdid taz-zuntier tal-knisja parrokkjali tas-Siġġiewi.


It-Tisbiħ u r-rinnovar fl-inħawi Ta’ Ramija fis-Siġġiewi

Bħalissa għaddejjin xogħlijiet biex spazju fil-qalba ta’ bini residenzjali fis-Siġġiewi jinbidel f’żona ħadra u rikreattiva għall-komunità. Tneħħa l-paviment tal-konkos u ġiet mibnija ġiebja biex tiġbor l-ilma tax-xita. L-ilma li ser jinġabar f’din il-ġiebja imbagħad jibda jintuża fis-sistema ġdida ta’ irrigazzjoni li ser tiġi installata f’dan il-post. Saru passaġġi ta’ servizzi taħt l-art biex minnhom jiġu mgħoddija dawk ġodda ħalli tkun tista’ ssir manutenzjoni kontinwa.  Il-proġett ser ikun jinkludu CCTV, fanali tad-dawl ġodda b’lampi li jikkunsmaw inqas filwaqt li jdawlu aħjar il-post, kif ukoll WiFi.

Ser jiġu miżrugħa numru ta’ siġar u arbuxelli kif ukoll ser jitqiegħed pavimentar ġdid li jixraq mal-post, filwaqt li jinħolqu passaġġi fil-madwar. Dan kollu se jiġi kkumplimentat b’għamara ta’ barra ġdida, xierqa u moderna.


Il-Bini mill-ġdid taz-Zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi

Iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Nikola fis-Siġġiewi, li preżentament huwa magħmul mill-ġebel tal-franka u madum tas-siment, għandu ħsarat kbar, tant li matul iż-żminijiet saru fuqu interventi li ma kinux skont is-sengħa tal-bini u l-arkitettura. Fuq kollox iz-zuntier preżenti huwa mibni fuq bażi ta’ ħamrija u terrapien ieħor li xejn mhu sod.

Iz-zuntier preżenti qed jinqala’ u jerġa’ jinbena kollu kemm hu mill-ġdid skont is-sengħa u l-arti. Dan ix-xogħol qed ikun imqassam f’disa’ fażijiet sabiex il-funzjonijiet u l-andament fil-Knisja jibqgħu għaddejjin.

Il-materjal li ser ikun użat biex jifforma z-zuntier il-ġdid huwa Pietra di Modica. Ix-xogħol fuq dan il-materjal qed isir f’żewġ proċessi separati. Fl-Italja jinqatgħu ċ-ċapep skont l-għoli meħtieġ filwaqt li jiġu wkoll trattati u mmartellati l-uċuħ tagħhom bil-lest. F’Malta pmbagħad kull ċappa li tifforma parti minn dan iz-zuntier tiġi maqtugħa skont il-mollijiet li diġà  ġew ippreparati, biex b’hekk kull ċappa tkun tista’ titqiegħed fil-post eżatt tagħha skont il-pjanti mħejjija. Ta’ min jgħid li t-taraġ biss ta’ dan iz-Zuntier (jiġifieri minbarra l-paviment) huwa ffurmat minn madwar 1,200 biċċa. 

Bħala dehra ġenerali u estetika finali, iz-zuntier il-ġdid ser ikun eżattament bħal dak eżistenti.

Bħalissa saru diversi xogħlijiet fuq il-pedamenti ta’ dan iz-zuntier kif ukoll bdew jitqiegħdu it-turġien il-ġodda.

image
16.08.2024
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI