image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

Ir-rwol tad-Direttorat għas-Servizzi Konsulari u Maltin li jgħixu barra matul is-sena 2025

Date 30.01.2026
Time 5 minuti

Matul is-sena tal-2025, il-Knisja  ċċelebrat is-Sena tal-Ġublew tat-Tama fil-Vatikan. L-avvenimenti ħajru eluf ta’ pellegrini Maltin biex jipparteċipaw aktar mis-soltu fil-pellegrinaġġi/attivitajiet formali u informali f’Ruma, b’mod partikolari fil-Vatikan. Ta’ min isemmi li saru mhux inqas minn 37 attività tematika, bħall-Ġublew tal-adolexxenti li sar f’April u l-Ġublew taż-Żgħażagħ li sar f’Lulju u Awwissu, fejn għal dawn iż-żewġ avvenimenti attendew ’il fuq minn 900 parteċipant Malti. Il-preżenza ta’ daqstant Maltin ħolqot il-bżonn ta’ kordinament aktar effettiva, sabiex jiġu żgurati s-sigurtà u l-benesseri tagħhom barra minn Malta.


Għalhekk, l-uffiċjali pubbliċi tad-Direttorat għas-Servizzi Konsulari u Maltin li Jgħixu Barra ħadmu mill-qrib mal-Ambaxxata ta’ Malta f’Ruma u mal-Ambaxxatur ta’ Malta għas-Santa Sede biex jinħoloq pjan ċentrali ta’ komunikazzjoni u assistenza għall-pellegrini. Dan il-kordinament kien essenzjali biex il-Maltin jingħataw informazzjoni ċara u prattika qabel il-vjaġġ tagħhom, partikolarment dwar proċeduri li għandhom isegwu f’każijiet ta’ emerġenza: bħat-telf ta’ dokumenti, is-serq, jew il-problemi tas-saħħa. L-għan ewlieni kien li kull ċittadin Malti jħossu ssalvagwardjat anke meta jkun ’il bogħod minn daru.


Id-Direttorat ħejja fuljett speċjali bil-Malti u bl-Ingliż, li tpoġġa fuq is-sit elettroniku consularplus.gov.mt u tqassam fost il-komunitajiet reliġjużi u l-gruppi tal-pellegrinaġġi. Saru wkoll laqgħat estensivi mal-Kurja ta’ Malta u ta’ Għawdex sabiex l-informazzjoni tasal b’mod uniformi u affidabbli għand il-pubbliku. L-uffiċjali tad-Direttorat ipparteċipaw f’diversi programmi tax-xandir biex iqarrbu s-servizzi konsulari lejn il-pubbliku b’mod dirett u aċċessibbli.


Bis-saħħa ta’ din il-ħidma kkordinata ta’ dawn l-uffiċjali pubbliċi, ma ġie rreġistrat l-ebda każ konsulari maġġuri, filwaqt li żdied b’mod ċar l-għarfien aċċessibbli għall-ivvjaġġaturi sabiex dawn jiżguraw ruħhom li għandhom il-preparamenti meħtieġa kemm qabel kif ukoll matul il-ġita tagħhom. Dan ikompli juri l-impenn kontinwu tal-istituzzjonijiet Maltin favur il-protezzjoni taċ-ċittadini Maltin, kemm f’Malta kif ukoll lil hinn minnha.

image
image
Previous Next
30.01.2026
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI