image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
BannerImage
Back mur lura

Il-publikazzjoni tal-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi

Date 14.11.2025
Time 5 minuti

Matul dawn l-aħħar snin, l-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi (IPS) investa fit-tisħiħ tal-librerija tal-IPS sabiex tiżdied il-viżibilità tax-xogħol magħmul mill-uffiċjali pubbliċi, dan wassal għat-tnedija tal-IPS Journal. Dan huwa ġurnal stampat u diġitali li jgħaqqad ir-riċerka akkademika mal-bżonnijiet prattiċi tal-amministrazzoni pubblika.

Ippubblikat darba jew darbtejn fis-sena, kull edizzjoni tinkludi madwar sitt artikli ta’ natura akkademika li jiġu magħżula b’attenzjoni minn dissertazzjonijiet u riċerka oħra, sabiex jiġu enfasizzati l-evidenza, l-analiżi u r-rakkomandazzjonijiet prattiċi għall-benefiċċju tas-servizz pubbliku. Il-format tal-IPS Journal huwa ffukat fuq dawn is-soluzzjonijiet: l-istudji jiġu ppreżentati bħala narrattivi ċari li juru x’jaħdem, għaliex huwa importanti, u kif l-ideat jistgħu jiġu applikati madwar ministeri u aġenziji differenti biex itejbu r-riżultati għas-soċjetà Maltija. Dan kollu jifformula rabta bejn il-kontinwità tat-tagħlim u l-prattika, kif ukoll uffiċjali pubbliċi huma inkoraġġuti biex jaqsmu s-sejbiet tagħhom u jinkorporaw ħsieb ibbażat fuq ir-riċerka fid-disinn tal-politika, kif jingħata s-servizz u fl-organizzazzjoni innovattiva.

F’Ġunju 2025, l-IPS nieda s-seba’ edizzjoni mill-waqfien tiegħu, u introduċa disinn ġdid li jtejjeb il-viżibbiltà tal-qarrejja filwaqt li jżomm il-karatteristika tal-IPS Journal ibbażat fuq l-għarfien maniġerjali u t-tagħlim. Flimkien, dawn jirreġistraw progress kontinwu għas-servizz pubbliku sabiex jiġu indirizzati sfidi għall-ġejjini.

L-edizzjonijiet kollha tal-IPS Journal jistgħu jinkisbu permezz tal-paġna tal-Pubblikazzjonijiet tal-IPS fuq https://publicservices.gov.mt/en/institute/Pages/Publications.aspx, fejn il-qarrejja jistgħu jsibu l-kollezzjoni sħiħa ta’ edizzjonijiet li fihom sitt artikli kull sena, li jirriflettu l-impenn tal-IPS għat-tqassim tal-għarfien, l-iżvilupp professjonali bbażat fuq l-evidenza. Il-qarrejja huma mistiedna jesploraw, jikwotaw u japplikaw dawn is-sejbiet f’proġetti li jsaħħu governanza effiċjenti, trasparenti u ċċentrata fuq iċ-ċittadin madwar il-pajjiż.

14.11.2025
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Festa Ikel Malti: Ġurnata ta’ Togħmiet u Divertiment fil-Pitkalija

Arrow
Image

Deċennju ta’ Kurżità, Skoperta u Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI