Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali
F’Jannar 2022 is-Servizz Pubbliku daħal f’kollaborazzjoni mal-magażin edukattiv “Sagħtar” biex is-Servizz Pubbliku jwassal rokna ġdida lil madwar 6,000 tifel u tifla, dwar karrieri fis-Servizz Pubbliku. Bi kliem sempliċi u li jinftiehem minn kull età, ingħataw spjegazzjonijiet dwar x’jagħmel is-Servizz Pubbliku u fiex jikkonsisti, kif ukoll il-qawsalla ta’ karrieri li wieħed jista’ jsegwi biex jagħmel differenza fis-soċjetà.
Ingħatat attenzjoni mhux biss għal-lingwaġġ magħżul biex jitwassal il-messaġġ imma wkoll għad-disinji u l-illustrazzjonijiet li jakkumpanjaw l-artikli. Fost il-karrieri li diġà ġew diskussi kien hemm dawk relatati mal-inġinerija, l-edukazzjoni, is-saħħa, l-istorja, il-finanzi u l-annimali.
Wara l-waqfa tas-sajf, is-Servizz Pubbliku se jkompli jikkontribwixxi fil-magażin “Sagħtar” b’aktar karrieri.
Il-paġni kollha tista’ ssibhom minn hawn