image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali pubblikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali pubblikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Public Servicemur lura

L-EXPO TAS-SERVIZZ PUBBLIKU TIRRITORNA BIL-KBIR

image 15.05.2024
image 5 minutes

Din is-sena, l-Expo tas-Servizz Pubbliku se tkun qiegħda tirritorna bil-kbir b’esperjenzi uniċi għall-klijenti ta’ kull età. Din se ssir bejn il-15 u d-19 ta’ Mejju ġewwa l-MFCC, Ta’ Qali. Il-Public Service Expo 2024 se tkun qed tissupera s-suċċess tal-edizzjoni inawgurali tagħha, u se toffri attrazzjonijiet akbar u aktar varjati.

Filwaqt li se nibnu mill-esperjenza li ksibna s-sena li għaddiet, l-organizzaturi għamlu sforz qawwi biex din is-sena l-Expo tkun suċċess kbir. Għal darba oħra, l-Expo tas-Servizz Pubbliku se sservi ta’ pjattaforma dinamika li tlaqqa’ taħt saqaf wieħed diversi ministeri, entitajiet, u dipartimenti tal-gvern, filwaqt li toffri lil dawk li jattendu stampa kompleta tal-ħidma tal-amministrazzjoni pubblika.

Minn pjaċiri kulinari tradizzjonali, bħall-mazzit u ikel u xorb ieħor, sa kompetizzjonijiet elettroniċi għad-dilettanti tal-isports elettroniku. Hawnhekk it-teknoloġija titwaħħad max-xogħol u l-ħin liberu. Karatteristika oħra importanti se tkun ċinema li turi filmati esklussivi mill-arkivji u toffri ħjiel nostalġiku fl-istorja rikka ta’ Malta. Barra minn hekk, il-wirjiet mill-forzi dixxiplinati se jipprovdu għarfien dwar ir-rwol kruċjali li għandhom fil-ħarsien tas-sigurtà tal-pajjiż.

Lil hinn mid-divertiment, il-Public Service Expo 2024 se sservi wkoll bħala ċentru għall-informazzjoni u s-servizzi, li tvarja minn inizjattivi tas-saħħa pubblika għal riżorsi edukattivi. Dawk li jattendu se jkollhom l-opportunità li jkellmu rappreżentanti minn diversi setturi u jiksbu għarfien siewi dwar il-qawsalla ta’ servizzi disponibbli għalihom.

Imfassla bħala avveniment għall-familja kollha, din l-Expo se tinkludi wkoll attivitajiet fuq barra, inkluż korsa ta’ ostakli u sports, li jipprovdu opportunitajiet għal rikreazzjoni sana. Barra minn hekk, se jkun hemm ukoll wirjiet li jiffukaw fuq proċeduri ta’ rispons ta’ emerġenza.

Bil-għan li takkomoda l-iskedi impenjattivi ta’ dawk kollha li jattendu, il-Public Service Expo 2024 se tkun qed testendi l-ħinijiet tal-ftuħ tagħha biex tinkludi s-Sibt u l-Ħadd, u b’hekk tiżgura li kulħadd ikollu l-opportunità li jattendi. Il-pubbliku huwa mistieden li jżurna nhar il-Erbgħa, 15 ta’ Mejju u l-Ħamis, 16 ta’ Mejju bejn in-12.30 p.m. u s-7.00 p.m., nhar il-Ġimgħa, 17 ta’ Mejju min-12.30 p.m. sal-5.00 p.m., u nhar is-Sibt u l-Ħadd mill-10.00 a.m. sal-4.00 p.m.

Il-Public Service Expo 2024 se tinkludi wkoll konferenzi interni li jindirizzaw temi pertinenti bħall-iżvilupp tal-ħiliet, it-taħriġ u l-innovazzjoni, it-trawwim tal-iskambju tal-għarfien u t-tkabbir professjonali tal-uffiċjali pubbliċi.

F’ġest qawwi ta’ inklussività, se jiddaħħlu sigħat sensorjali għal individwi li jistgħu jkunu sensittivi għall-istorbju u d-dawl. B’hekk se jiġi provdut ambjent seren għalihom ukoll biex igawdu l-Expo. Dawn il-ħinijiet se jkunu nhar il-Ġimgħa, 17 ta’ Mejju mit-3.00 p.m. sal-4.00 p.m. u s-Sibt mis-1.00 p.m. sas-2.00 p.m.

Bħal fil-każ tas-sena li għaddiet, dawk li jattendu jistgħu jakkwistaw merchandise varju u żgur li mhux se joħorġu mill-Expo b’idejhom vojta!

Is-sidien tal-annimali domestiċi, bħall-klieb u qtates, huma mħeġġa ma jħalluhomx id-dar u jġibuhom magħhom l-Expo. Hemmhekk jistgħu jieħdu konsulenzi veterinarji b’xejn ipprovduti fuq il-post fejn jistgħu jiġu mwieġba mistoqsijiet bażiċi.

Id-dħul għall-Expo 2024 tas-Servizz Pubbliku huwa kompletament mingħajr ħlas, u dawk li se jattendu huma mħeġġa jibqgħu aġġornati dwar l-aħħar żviluppi billi jsegwu l-paġna ta’ Facebook tas-Servizz Pubbliku u l-Instagram.

Ir-reġistrazzjoni tista’ titlesta b’mod konvenjenti online jew fuq il-post.

Titilfux din l-esperjenza unika! Nistennew bil-ħerqa li nilqgħukom fil-Public Service Expo 2024!


15.05.2024
Ixxerja dan l-artiklu:
  • Public Service
  • Public Service
  • Public Service

Artikli Oħra:

Image

Il-Laborotorju tal-Patoloġija ċellulari fi ħdan l-Isptar Mater Dei jaqleb għal sistema diġitali

image
Image

L-MTA Tmexxi t-Tkabbir fit-Turiżmu b’Avvenimenti Ewlenin tas-Sajf u Enfasi fuq il-Kwalità

image
AKTAR AĦBARIJIET image
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Midja soċjali

  • image
  • image
  • image
  • image
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI