image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

Id-Dipartiment tal-Informazzjoni – Snin twal ta’ aħbarijiet u tagħrif

Date 03.10.2025
Time 5 minuti

Id-Dipartiment tal-Informazzjoni ġie stabbilit mill-Gvern Ingliż fl-1939. Dan l-uffiċċju kien jaħdem bħala ċ-ċentru ta’ informazzjoni dwar il-gwerra f’Malta sa tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija fl-1945 meta għalaq għalkollox hekk kif ġie xolt il-Ministeru tal-Informazzjoni fir-Renju Unit. Eventwalment twaqqaf Uffiċċju tar-Relazzjonijiet Pubbliċi u tliet snin wara ġie amalgamat mal-Uffiċċju Governattiv tat-Turiżmu. Madankollu, fl-1955 inħasset il-ħtieġa li jerġa’ jitwaqqaf uffiċċju tal-informazzjoni sabiex jiġbor fih is-servizzi ta’ informazzjoni kollha li kienu qed jingħataw minn għadd ta’ dipartimenti tal-gvern. Għaldaqstant ġie stabbilit iċ-Ċentru tal-Informazzjoni (C.O.I) li ħa post l-Uffiċċju tar-Relazzjonijiet Pubbliċi. Sal-1957, ir-rwol tiegħu kiber tant li minn uffiċċju tal-informazzjoni nbidel f'Dipartiment tal-Informazzjoni u Servizzi Turistiċi. Fi ftit xhur, is-servizzi ta’ informazzjoni nqatgħu minn dawk turistiċi u ġie stabbilit id-Dipartiment tal-Informazzjoni li nafu llum.


L-għan ewlieni tad-Dipartiment hu li jipprovdi lill-pubbliku informazzjoni aġġornata, komprensiva u ta’ siwi dwar il-politika, is-servizzi u l-attivitajiet tal-Gvern kif ukoll dwar materji ta’ interess pubbliku. Id-Dipartiment tal-Informazzjoni għandu rwol attiv ħafna kemm f’avveniment nazzjonali kif ukoll dawk internazzjonali li jsiru f’pajjiżna. Fost l-avvenimenti nazzjonali, wieħed ta’ min isemmi l-elezzjonijiet ġenerali u dawk tal-kunsilli, referenda, żjarat statali, żjarat informali, ġuramenti tal-ħatra u funerali statali. Fuq livell internazzjonali d-Dipartiment kien involut fl-akkreditazzjoni tal-ġurnalisti, l-immaniġġjar tal-midja waqt l-avveniment innifsu, u d-disseminazzjoni ta’ materjal miktub u fotografiku. Id-Dipartiment tal-Informazzjoni huwa kburi li kien involut f’għadd ta’ avvenimenti storiċi fosthom l-Indipendenza, ir-Repubblika u l-Ħelsien, żjarat tal-Papa u żjarat irjali, is-summit storiku bejn Bush u Gorbachev, il-5+5 Dialogue Malta, l-EU MED9  u laqgħat tal-Commonwealth.


Id-Dipartiment tal-Informazzjoni għandu arkivju ta’ ritratti u filmati antiki li jmorru lura għall-1959, ftit tas-snin wara li twaqqaf id-Dipartiment. Dan l-arkivju jinkludi diversi ritratti u filmati ta’ avvenimenti importanti fosthom l-Indipendenza, ir-Repubblika, il-Ħelsien, id-Dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, iż-żjarat tal-Papiet u l-Elezzjonijiet. Dawn ir-ritratti u l-filmati nġibdu mill-impjegati stess, u d-Dipartiment għad għandu n-negattivi u l-pellikola oriġinali tagħhom. Id-Dipartiment għandu fil-pussess tiegħu anki xi filmati u ritratti li jmorru lura għal qabel it-twaqqif tiegħu. Il-pubbliku inġenerali jista’ jara dawn ir-ritratti billi jasal wasla sad-Dipartiment u jiġi ggwidat mill-persuna responsabbli minn dan l-arkivju. Numru ta’ filmati kif ukoll negattivi tar-ritratti qed jinqelbu f’format diġitali, dan huwa proġett vast u intrinsiku li qed isir b’dedikazzjoni kbira sabiex dawn it-teżori jibqgħu preservati għas-snin li ġejjin. Ladarba dan il-proċess ikun komplut, dawn se jkunu wkoll disponibbli għall-pubbliku.


Minbarra r-ritratti u l-filmati, id-Dipartiment għandu arkivju tal-Gazzetti tal-Gvern kollha maħruġa mill-1813, l-Istqarrijiet kollha maħruġa mill-1957, kif ukoll diversi pubblikazzjonijiet oħra li kien joħroġ id-Dipartiment bħall-Malta Review, MaltaToday u Pajjiżna. Dawn huma aċċessibbli għall-pubbliku b’appuntament. 


Fl-2015, id-Dipartiment tal-Informazzjoni ddeċieda li minħabba l-ispejjeż tal-karta, l-istampar u l-posta, il-gazzetta ma tibqax disponibbli bħala kopja stampata iżda tkun online biss fis-sit elettroniku tad-Dipartiment, www.doi.gov.mt. Fil-fatt, illum inqas minn 25 kopja huma stampati - mhux għall-konsum pubbliku iżda għal skopijiet ta’ rekord - u dawn jinżammu mid-Dipartiment tal-Informazzjoni u l-Librerija Nazzjonali ta’ Malta u Għawdex. L-istess japplika għall-istqarrijiet, dawn ma baqgħux jiġu stampati u merfugħa fl-arkivju b’mod fiżiku iżda qed tinżamm kopja diġitali u huma wkoll aċċessibbli online fuq www.gov.mt


F’era fejn il-ħajja ddur mal-mezzi tal-midja soċjali, id-Dipartiment ħass il-bżonn li l-pubbliku jingħata informazzjoni fattwali u b’mod effiċjenti speċjalment fejn jidħlu notifiki ta’ saħħa u sigurtà. Dan ħareġ b’mod partikolari waqt l-imxija tal-Covid19 fejn id-Dipartiment kien punt fokali għall-mistoqsijiet tal-pubbliku u għall-aġġornamenti dwar l-avviżi legali marbuta mar-restrizzjonijiet tal-imxija tal-Covid19. Fuq il-midja soċjali tad-Dipartiment, jinħarġu wkoll notifiki ta’ sigurtà f’każ ta’ nirien f’postijiet pubbliċi u tagħrif ieħor li għandu jasal għand kemm jista’ jkun nies, kemm jista’ jkun malajr. Barra minn hekk, it-taqsima tal-midja soċjali tad-Dipartiment tal-Informazzjoni tfassal pjan b’ideat ta’ kontenut varjat kull ġimgħa u ssir riċerka, jinġabar tagħrif adattat, inkluż xi ritratti mit-taqsima tal-fotografija li qiegħda wkoll tipprovdi ritratti u anke filmati bid-drone adattati għal dawn il-pjattaformi.


Il-kuntatt mad-Dipartiment tal-Informazzjoni jista’ jsir b’diversi modi. Persuna tista’ tiġi direttament fid-Dipartiment fi 3, Pjazza Kastilja, il-Belt Valletta, sabiex tinqeda personalment kif ukoll permezz tat-telefown 2200 1700, b’ittra elettronika lil [email protected] u anki l-paġna tad-Dipartiment fuq Facebook https://www.facebook.com/DOImalta/


Is-sit elettroniku tad-Dipartiment fih diversi taqsimiet li jipprovdu lill-pubbliku b’informazzjoni aġġornata u komprensiva bħal: tagħrif dwar l-uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Ministeri u entitajiet uffiċjali maħtura mill-Gvern; l-istqarrijiet maħruġa mid-Dipartiment f’isem il-Ministeri; il-Gazzetta tal-Gvern, li tinkludi avviżi tal-gvern u entitajiet uffiċjali oħra, opportunitajiet ta’ impjieg, tenders, għeluq ta’ toroq u avviżi mill-qorti. 


Wieħed isib ukoll informazzjoni ġenerali dwar Malta, l-użu tal-bnadar u simboli nazzjonali, taqsima tal-avvenimenti li tipprovdi tagħrif dwar servizzi mogħtija mill-Gvern u riżorsi għall-midja.

03.10.2025
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI