image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

Azzjoni ta' mobilità sostenibbli s-sena kollha

Date 22.09.2024
Time 5 minutes

Il-Ġimgħa Ewropea għall-Mobbiltà tfittex li tippromwovi trasport urban nadif, alternattiv, u sostenibbli bl-għan ewlieni jkun li tinkoraġġixxi bidla fil-mod kif in-nies jivvjaġġaw filwaqt li tippromwovi wkoll għażliet aktar sani bħall-mixi u ċ-ċikliżmu.

L-azzjonijiet proposti bħala parti minn din il-kampanja, m’għandhomx ikunu limitati għall-perjodu ta' żmien tal-Ġimgħa Ewropea għall-Mobbiltà, jiġifieri bejn is-16 ta’ Settembru u llum. Il-Kummissjoni tal-UE estendiet il-kampanja permezz tat-tikketta ta’ MOBILIZZAZZJONI, biex tkompli tinkoraġġixxi l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet promozzjonali ta’ mobbiltà sostenibbli matul is-sena kollha.

Il-kampanja tagħti ċ-ċans lil-lokalitajiet li jesploraw ir-rwol tat-toroq rispettivi tagħhom u li jħarsu lejn, u possibbilment jimplimentaw soluzzjonijiet prattiċi biex jittrattaw kwistjonijiet relatati mal-isfidi urbani, bħall-konġestjoni tat-traffiku, it-tniġġis tal-arja, in-nuqqas ta' aċċessibilità u n-nuqqas ta' għajxien fit-toroq fil-qalba tal-irħula urbani. Il-kampanja tippermetti wkoll li l-lokalitajiet jiffukaw fuq iż-żieda ta' żoni pedonali fil-qalba tal-irħula urbani kif ukoll l-introduzzjoni u l-promozzjoni ta' korsiji għar-roti fil-belt/raħal rispettiv.

Il-Kunsilli Lokali u l-NGOs huma mħeġġa ħafna biex jużaw dan il-programm biex imexxu wkoll miżuri innovattivi ta' mobbiltà sostenibbli u alternattiva u, biex jiġbru rispons mir-residenti dwar l-istess miżuri.

Barra minn hekk, il-Ġimgħa Ewropea għall-Mobbiltà hija wkoll opportunità eċċellenti għall-partijiet interessati lokali biex jaħdmu flimkien u jiddiskutu l-aspetti differenti tal-mobbiltà sostenibbli u l-kwalità tal-arja, isibu soluzzjonijiet biex inaqqsu l-użu tal-karozzi, problemi ta' parkeġġ u, b’mod awtomatiku l-emissjonijiet tat-trasport. Possibbilment, wieħed jista' wkoll, fil-proċess, jittestja teknoloġiji ġodda u miżuri ta' ppjanar.

It-tema ta' din is-sena kienet: Ejja naħdmu flimkien biex intejbu l-ispazju Pubbliku kondiviż! U inkludiet diversi inizjattivi taħt erba' pilastri ewlenin.

  1. L-esperjenza ta’ spazju pubbliku b’mod differenti: li kulħadd ikun jista' juża b'mod sigur, u li jippermetti l-mobbiltà personali kif ukoll l-interazzjoni soċjali.
  2. L-iżvilupp mill-ġdid tal-ispazju urban flimkien: l-iżgurar tal-involviment tal-komunitajiet lokali filwaqt li jitqiesu l-utenti differenti u l-modi tat-trasport.
  3. It-toroq tal-iskejjel: il-ħolqien ta’ toroq siguri għall-iskejjel jappoġġja tranżizzjoni ġenerazzjonali lejn mobbiltà attiva aktar sigura.
  4. L-ippjanar u t-tfassil ta’ toroq aktar siguri: Il-pjanijiet ta' ġestjoni tal-mobilizzazzjoni għandhom ifittxu kif jibbilanċjaw l-allokazzjoni tal-ispazju fit-toroq, u biex jipproteġu lill-utenti vulnerabbli tat-toroq.

Transport Malta flimkien mal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Xogħlijiet Pubbliċi, nediet żewġ pakketti annwali li huma l-Pakkett għal miżuri Permanenti ta’ Mobbiltà Sostenibbli, u l-Pakkett għal avvenimenti, li huma miftuħa sal-15 ta’ Ottubru 2024, kif ukoll sejħa miftuħa għal Sħubiji mal-Iskejjel. Dan iseħħ sabiex tassisti lill-Kunsilli Lokali u organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) biex ikunu parti minn din il-kampanja madwar l-UE.

Dawn il-pakketti jaħsbu għall-inizjattivi taħt il-punti identifikati hawn fuq, u l-organizzazzjonijiet huma mħeġġa jikkonsultaw is-sit elettroniku futuremobility.gov.mt. għal aktar informazzjoni matul is-sena.

image
22.09.2024
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI