image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

Immappjar u Monitoraġġ tal-Mergħat fil-Baħar

Date 20.09.2024
Time 5 minuti

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) kompliet bil-ħidma tagħha fuq l-immappjar tal-ambjenti naturali tal-baħar. Wara mmappjar tal-għerien, is-sikek u s-sandbanks, inklużi żoni fl-ibħra fondi ta’ Malta, l-ERA kompliet ukoll bil-ħidma tagħha fuq mergħat tal-alki.

Il-mergħat tal-alki huma ambjenti naturali tal-baħar importanti fid-dinja. Fil-Mediterran, il-mergħat tal-alka magħmula mill-pożidonja huma kkunsidrati ta’ importanza ewlenija għas-salvagwardja tal-ispeċi u l-ambjenti tal-baħar, l-istokk tal-ħut u s-sajd kif ukoll il-ħabitats kostali – dawn huma kritiċi fil-kontroll tal-ħafi/erożjoni u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

L-ERA ilha timmappja l-mergħat tal-pożidonja bħala parti mill-Programm Nazzjonali ta’ Monitoraġġ tal-Baħar, bir-riżultati disponibbli taħt l-MEPS. Dan il-monitoraġġ jinkludi metodi tradizzjonali ta’ stħarriġ permezz ta’ transects u għadis; madankollu, l-ERA reċentement ipparteċipat ukoll fi proġett immirat għall-immappjar u l-monitoraġġ tal-mergħat permezz ta’ mezzi aktar innovattivi. Il-proġett, bl-isem ‘Mapping and monitoring of Posidonia oceanica using remote and sentinel technology’ (MAARES), kien iffinanzjat mill-Fond għar-Riċerka Spazjali tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST).

Il-MAARES jirrappreżenta approċċ innovattiv għall-immappjar u l-monitoraġġ tal-pożidonja, u dan minħabba li juża l-qawwa tat-teknoloġija tar-Remote Sensing (RS). Il-proġett għandu l-għan li jiffaċilita u jtejjeb il-monitoraġġ billi jipprovdi informazzjoni essenzjali għall-ġestjoni u l-konservazzjoni effettiva tagħha.

L-għan ġenerali ta’ MAARES kien li jiġġenera mapep ta’ riżoluzzjoni spazjali għolja li joffru għarfien dwar l-ekoloġija tal-mergħat tal-ħaxix tal-baħar. Studju bħal dan serva biex isaħħaħ l-għarfien tagħna dwar il-bijodiversità u s-servizzi ekoloġiċi u kkontribwixxa wkoll għas-sostenibbiltà futura ta’ dawn il-ħabitats tal-baħar vitali madwar il-Gżejjer Maltin.

Ir-riżultati tal-immaġini Sentinel-2 ġew ivvalidati bl-użu ta’ immaġini ġeoreferenzjati taħt l-ilma u orthomosaics multispettrali ta’ riżoluzzjoni għolja maqbuda minn Vetturi tal-Ajru bla Ekwipaġġ (UAVs). Dan ix-xogħol komprensiv inkluda wkoll l-użu ta’ Intelliġenza Artifiċjali (IA) u tekniki ta’ klassifikazzjoni bbażati fuq it-tagħlim tal-magni biex jippermettu l-immappjar bi preċiżjoni tal-firxa tal-mergħat.

Bl-implimentazzjoni ta’ programm ta’ monitoraġġ l-ERA, bħala l-awtorità responsabbli, qed tieħu approċċ proattiv għal implimentazzjoni aħjar tal-politika u inizjattivi ta’ konservazzjoni applikati biex jissalvagwardjaw dan il-ħabitat prijoritarju.

20.09.2024
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI