image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

Is-Sigurtà fuq il-Baħar Tibda Minnek

Date 24.07.2026
Time 5 minuti

Ir-rwol ta’ Transport Malta huwa li tirregola, teduka u tinforza – iżda baħar aktar sigur ma jistax jiddependi fuq l-awtoritajiet biss. Madankollu, l-inċidenti jseħħu wkoll, u wħud minnhom ikunu fatali. Dawn rari jibdew b’emerġenza; ħafna drabi jibdew b’deċiżjoni: veloċità eċċessiva qrib ix-xatt, l-injorar taż-żoni tal-għawm, in-nuqqas ta’ għarfien dwar it-temp jew is-sottovalutazzjoni tal-perikli tal-baħar.


Huwa għalhekk li s-sigurtà fuq il-baħar hija responsabbiltà, li tibda minn kull min jidħol fl-ilma jew jsuq bastiment. Importanti li tiċċekkja t-temp, tippjana r-rotta tiegħek, iġġorr tagħmir tas-sigurtà li jaħdem, toqgħod attent u tbaħħar b’veloċità sigura – speċjalment qrib ix-xatt, fejn l-għawwiema, il-bugħaddasa u dawk li jużaw il-paddleboards jaqsmu l-ilma ma’ bastimenti bil-mutur. Irrispetta l-bnadar ta’ twissija u d-direzzjonijiet tal-lifeguards. Il-baħar jista’ jinbidel malajr, u riskji bla bżonn jistgħu jwasslu għal konsegwenzi irriversibbli.


Il-ħarsien tal-ambjent tal-baħar huwa parti mill-istess kultura ta’ responsabbiltà – ibħra aktar nodfa jikkontribwixxu għal navigazzjoni aktar sigura u jipproteġu l-għajxien ta’ dawk li jiddependu minnhom. L-operaturi, il-marini, il-kunsilli lokali, l-għaqdiet volontarji u l-pubbliku kollha għandhom rwol importanti. Ir-rappurtar tal-perikli u l-fatt li ngħinu lil xulxin jagħmlu l-ibħra tagħna aktar siguri.


Is-sigurtà fuq il-baħar ma titkejjilx minn kemm nirreaġixxu tajjeb għall-emerġenzi, iżda minn kemm jirnexxilna nipprevjenuhom. Il-baħar ta’ Malta għandu jibqa’ post ta’ gost u mhux ta’ traġedja – u din ir-responsabbiltà tibda ferm qabel ma naslu fl-ilma.

24.07.2026
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Il-kampanja ‘Beat the Heat’

Arrow
Image

Id f’id ma’ min l-aktar għandu bżonn: Is-Servizz Pubbliku b’appoġġ lill-Malta Community Chest Fund

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI