Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali
Sal-lum, 24 familja tilfu lil xi ħadd mill-għeżież tagħhom f’inċident tat-traffiku dis-sena. Ommijiet u missirijiethom li tilfu lil uliedhom. Maħbubin li tilfu lil xulxin. Tfal li tilfu nanniet.
Ir-Road Safety Council qed iżid il-preparamenti tiegħu għal kampanji edukattivi li se jilħqu l-qofol tagħhom fi żmien il-festi. Dawn il-kampanji mhumiex biss intiżi għal min isuq biss imma anke għal kull min juża t-triq. Għaliex anke min ma jsuqx, irid joqgħod attent, li pereżempju jaqsam minn fuq zebra crossing u mhux bl-addoċċ.
Hekk kif bil-ftit il-ftit nibdew deħlin fl-istaġun Natalizju, tajjeb li minn issa nibdew nikkampanjaw għal festi mingħajr inċidenti. U din mhux tal-festi biss. Differenza tista’ ssir b’atteġġjamenti żgħar imma li jfissru ħafna bħal:
Ir-Road Safety Council jemmen li kulħadd għandu responsabbiltà, biex nagħmlu l-komunità tagħna aħjar, it-toroq tagħna iktar siguri u inqas perikolużi għal kull min jużahom.