image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

SERVIZZI PUBBLIĊI MINN POSTIJIET STORIĊI: KASTILJA

Date 10.08.2022
Time 5 minutes

Waħda mill-ewwel binjiet li nbnew fil-Belt wara l-Assedju l-Kbir. L-istorja tal-Berġa ta’ Kastilja dejjem kienet sinonima mal-amministrazzjoni tal-pajjiż, fosthom mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’dawn l-aħħar ħamsin sena. Kien eżattament fis-6 ta’ Marzu 1972 li din l-binja maestuża bdiet tintuża mill-Prim Ministru bħala l-uffiċċju tiegħu. Fil-preżent, Kastilja huwa wkoll il-post fejn jitlaqqa’ l-Kabinett tal-Ministri u fejn titmexxa l-amministrazzjoni pubblika, li tinkludi l-uffiċċju tal-Kap taċ-Ċivil.

Isimha propja huwa l-Berġa ta’Kastilja, Leon u Portugal. L-ewwel tnejn huma reġjuni Spanjoli. Dan l-isem ġej mill-fatt li din il-berġa kienet tospita Kavallieri ġejjin minn dawn l-postijiet. Il-binja li hemm illum nbniet bejn l-1741 u l-1745. Qabilha kien hemm berġa oħra li nbniet fl-1573 mill-arkitett Ġlormu Cassar.

Il-Berġa ta’Kastilja hi mibnija fuq stil Barokk u fl-aħħar snin sar restawr estensiv kemm fuq barra tagħha, kif ukoll fil-bitħa. Fatt interessanti huwa li qabel nbniet l-ewwel binja, il-Kunsill tal-Ordni ta’ San Gwann kien iddiskuta pjan biex fis-sit jinbena l-Palazz tal-Gran Mastru u fis-seklu għoxrin kien hemm l-ħsieb li l-Parlament jigi rilokat fl-imsemmija berġa.

Fil-perjodu qasir tal-ħakma Franċiża, il-berġa ntużat bħala kwartieri tal-uffiċjali u parti minnha bħala l-uffiċċju tal-Kummissjoni biex tmexxi l-propjetà u l-artijiet li kienu għand l-Ordni ta’ San Ġwann. Matul il-perjodu kolonjali Ingliż, il-berġa ntużat bħala l-kwartieri tal-Armata Ingliża f’Malta u dan kien bejn l-1859 u l-1970.

Fl-istorja tagħha l-Berġa ġarrbet ħsarat estensivi darbtejn. Fil-11 ta’Jannar tal-1693 waqt terremot qawwi seħħew xi ħsarat konsiderevoli l-aktar fil-ġenb tan-naħa ta’ Triq il-Merkanti. Waqt l-eqqel tat-Tieni Gwerra Dinjija fis-7 ta’April 1942, bomba ta’ kalibru qawwi farrket dak li kien it-torri tas-sinjali, kissret it-taraġ prinċipali u saret ħsara fil-ħajt tal-bitħa.

10.08.2022 | Awtur: David Bartolo
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI