image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
BannerImage
Back mur lura

Riforma fis-sistema għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet

Date 24.01.2025
Time 5 minuti

Il-Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali flimkien mal-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet nieda konsultazzjoni pubblika biex iwettaq riforma fis-sistema għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet. L-għan tar-riforma huwa li ssir qabża fil-kwalità ta’ dan ir-reġistru u jibda jitħaddem b’sistema li tkun ċara, effiċjenti u effettiva u toffri aktar effiċjenza fis-sistema ta’ trasferimenti ta’ proprjetà f’pajjiżna. 

Is-sistema għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet li għandna llum, tmur lura ’l fuq minn 40 sena. L-għan tal-liġi, li kienet daħlet fis-seħħ fl-1982, kien li Malta kollha tkun iddikjarata bħala Żona ta’ Reġistrazzjoni Obbligatorja, u dan sabiex kull persuna li takkwista proprjetà tkun obbligata li tirreġistra u permezz ta’ dik ir-reġistrazzjoni jinħareġ ċertifikat ta’ titlu. Madankollu, sal-lum, għad għandna biss 54% tat-territorju Malti li huwa żona ta’ reġistrazzjoni obbligatorja, u issa b’din ir-riforma, qiegħda tiġi stabbilita mira li sa għaxar snin oħra, jiġifieri sas-sena 2035, it-territorju Malti u Għawdxi kollu jkun żona ta’ reġistrazzjoni obbligatorja.

B’tali riforma fis-settur, se jkun hemm aktar ċarezza fil-proċess, kif ukoll li kull persuna li takkwista proprjetà jkollha l-fakultà li tirreġistra u li takkwista ċertifikat ta’ titlu. Dan għandu jżid is-sigurtà u jsaħħaħ fiduċja akbar fis-suq tal-proprjetà. Ir-riforma se taċċerta sistema aċċessibbli li tassigura trasparenza u ssaħħaħ id-drittijiet ta’ dawk li huma sidien ta’ proprjetà. Pilastru ieħor importanti fl-istrateġija huwa t-tisħiħ ta’ sistema diġitali online li għandha tiffaċilita t-tranżazzjonijiet ta’ proprjetajiet u l-kisba tal-informazzjoni dwar proprjetà. Id-diġitalizzazzjoni tagħti trasparenza u aċċess għall-informazzjoni  sabiex  il-proċess tar-reġistrazzjoni jkun qed jippromwovi l-effiċjenza, il-kontabbiltà u t-trasparenza.

Id-dokument għad-diskussjoni jippreżenta diversi rakkomandazzjonijiet fosthom dik li għandu jiġi aġġornat l-att preżenti li waqqaf ir-Reġistru tal-Artijiet u li f’perjodu ta’ għaxar snin, it-territorju kollu Malti jsir żona ta’ reġistrazzjoni. Rakkomandazzjoni ewlenija oħra hija biex jinstabu soluzzjonijiet b’aktar ħeffa għall-kwistjonijiet li jinqalgħu fir-reġistrazzjoni permezz ta’ qafas għall-medjazzjoni u arbitraġġ.

Kulħadd huwa mħeġġeġ li jipparteċipa u jressaq ’il quddiem il-kummenti u rispons għar-rakkomandazzjonijiet imfassla fl-istrateġija fuq il-portal: https://www.gov.mt/mt/publicconsultation/Pages/2024/NL-0036-2024.aspx  

24.01.2025
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Festa Ikel Malti: Ġurnata ta’ Togħmiet u Divertiment fil-Pitkalija

Arrow
Image

Deċennju ta’ Kurżità, Skoperta u Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI