image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

DJALOGU GĦAL TITJIB FIR-RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI

Date 10.10.2022
Time 5 minutes

Is-Servizz Pubbliku u disa’ unjins mal-istess mejda għall-ġid tal-ħaddiem

Fi sfond ta’ aktar ftehimiet kollettivi li qed jiġu ffirmati kull xahar, il-Kap tas-Servizz Pubbliku Tony Sultana ltaqa’ ma’ rappreżentanti tal-unjins f’pajjiżna. Din il-laqgħa ta’ djalogu kellha l-għan li ttejjeb ir-relazzjonijiet mar-rappreżentanti tal-ħaddiema, u ssaħħaħ il-proċess tan-negozjati.

Is-segretarju permanenti ewlieni semma li fl-aħħar ħames xhur ġew iffirmati 12-il ftehim kollettiv ġdid, u li fl-istess perjodu s-Servizz Pubbliku poġġa bilqiegħda ma’ kull unjin.

“Qed nagħtu din l-importanza lil dan l-aspett għaliex dawn il-ftehimiet kollettivi mhux biss itejbu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiem, iżda jinċentivaw u jassistu lill-impjegat biex itejjeb il-ħiliet tiegħu, u niffaċilitaw il-progress fil-karriera,” qal is-Sur Sultana.

Intqal li filwaqt li mhux kollox ward u żahar, kull naħa jeħtieġ li tifhem il-bżonnijiet tan-naħa l-oħra u jiġbdu ħabel wieħed għall-istess għan komuni: l-interess tal-uffiċjal pubbliku.

Għal din il-laqgħa ta’ djalogu, attendew il-unjins kollha li għandhom xi tip ta’ ftehim mas-Servizz Pubbliku, li huma l-General Workers’ Union (GWU), il-Unjin Ħaddiema Magħqudin (UĦM), il-Unjin tal-Għalliema (MUT), l-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM), il-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN), il-Kamra tal-Psikologi (MCP), il-Unjin Periti u Inġiniera tas-Settur Pubbliku (UPISP), l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Pulizija (MPA), u l-Unjin għall-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili (CPU).

Il-kap tas-servizz pubbliku kien akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti Joyce Cassar u minn uffiċjali mit-Taqsima għar-Relazzjonijiet Industrijali.

10.10.2022
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI