image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali pubblikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali pubblikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Public Servicemur lura

Stqarrija mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni

image 17.06.2025
image 5 minuti

Għal darba oħra riżultati eċċellenti għal pajjiżna fir-rapport tal-eGovernment Ewropew


Fir-rapport ‘eGovernment Benchmark 2025’ maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea, li fih janalizza servizzi governattivi online tal-membri stati Ewropej matul is-sena li għaddiet, is-Servizz Pubbliku Malti reġa’ kiseb l-aqwa riżultati.


Malta kisbet riżultat perfett f’numru ta’ oqsma fosthom f’servizzi diġitali li jolqtu liċ-ċittadin direttament fil-ħajja tiegħu ta’ kuljum. 


Malta kisbet ukoll punteġġ massimu f’oqsma diġitali ġenerali bħal:


  • Sapport lill-utent – Kemm is-sapport li ċ-ċittadini jingħataw online meta jużaw servizzi diġitali governattivi huwa b’saħħtu u adegwat.
  • Trasparenza – Kemm is-servizzi diġitali governattivi huma ddisinjati bl-involviment taċ-ċittadin u kemm jingħataw b’metodi informattivi u trasparenti.
  • Mobile friendly – Kemm is-servizzi diġitali governattivi jkunu adattati għal smartphones u tablets.
  • Cross Border ePayments – Kemm is-servizzi diġitali governattivi joffru faċilitajiet ta’ ħlas minn membri stati Ewropej.      

Meta tikkumpara kollox, Malta ġabet riżultat ta’ madwar 18% aqwa mill-medja Ewropea fejn jirrigwardja servizzi diġitali pubbliċi u 14% aqwa mill-medja Ewropea f’dak li għandu x’jaqsam ma’ servizzi għan-negozji.  


Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana qal li dan huwa konferma oħra ta’ kemm l-investimenti kollha li saru fit-teknoloġija, f’dawn l-aħħar snin, qed iħallu l-frott.  “Dan ir-rapport mhuwiex punt ta’ wasla, imma stimulu biex bħala amministrazzjoni nibqgħu ntejbu s-servizzi tagħna b’għodod ġodda li tipprovdilna t-teknoloġija moderna fosthom l-Intelliġenza Artifiċjali.” Huwa sostna li riżultati ta’ dan it-tip jikkonfermaw kemm l-uffiċjali pubbliċi Maltin huma ddedikati biex iwasslu servizzi diġitali tal-ogħla livell fejn iċ-ċittadini jaċċessaw dawn is-servizzi bl-akbar faċilità. 

 

Ir-rapport ‘eGovernment Benchmark 2025’ hu disponibbli minn din il-link. 

17.06.2025
Ixxerja dan l-artiklu:
  • Public Service
  • Public Service
  • Public Service

Artikli Oħra:

Image

Il-Laborotorju tal-Patoloġija ċellulari fi ħdan l-Isptar Mater Dei jaqleb għal sistema diġitali

image
Image

L-MTA Tmexxi t-Tkabbir fit-Turiżmu b’Avvenimenti Ewlenin tas-Sajf u Enfasi fuq il-Kwalità

image
AKTAR AĦBARIJIET image
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Midja soċjali

  • image
  • image
  • image
  • image
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI