image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

Jinfetħu n-Nominazzjonijiet għall-Premju Anzjanità Attiva 2026

Date 21.08.2026
Time 5 minutes

Infetħu n-nominazzjonijiet għall-Premju Anzjanità Attiva 2026, li jirrikonoxxi individwi, organizzazzjonijiet u inizjattivi li qed jagħtu kontribut pożittiv fil-qasam tal-anzjanità attiva f’Malta u Għawdex.


Dan il-premju annwali jifforma parti mill-attivitajiet li jsiru matul ix-xahar ta’ Ottubru, xahar iddedikat lill-persuni anzjani. Il-premjijiet jiċċelebraw l-impenn, id-dedikazzjoni u l-eċċellenza fil-qasam tal-anzjanità attiva, filwaqt li jħeġġu kultura ta’ rispett, innovazzjoni u kollaborazzjoni li tgħin lill-persuni anzjani jibqgħu attivi u parteċipi fil-komunitajiet tagħhom.


Għall-edizzjoni tal-2026, in-nominazzjonijiet qed jintlaqgħu f’sitt kategoriji: il-Premju Anzjanità Attiva, il-Premju Innovazzjoni u Teknoloġija fl-Anzjanità, il-Premju Anzjanità Kulturali, il-Premju Anzjanità Sportiva, il-Premju Volontarjat fl-Anzjanità u l-Premju Solidarjetà Interġenerazzjonali.


Kull kategorija tirrikonoxxi aspett differenti tal-anzjanità attiva. Dawn ivarjaw minn persuni anzjani li jagħtu kontribut pożittiv fil-ħajja ekonomika, ċivika u soċjali, għal proġetti u inizjattivi li jippromwovu l-inklużjoni diġitali, il-kultura, l-isport, il-volontarjat u rabtiet aktar b’saħħithom bejn il-ġenerazzjonijiet.


Il-formola tan-nominazzjoni tista’ tinkiseb miċ-Ċentru Servizz Anzjan, 3, Triq Żekka, il-Belt Valletta, jew miċ-Ċentru Servizz Anzjan f’39, Triq ir-Repubblika, ir-Rabat, Għawdex. Tista’ titniżżel ukoll mis-sit elettroniku aacc.gov.mt jew mill-paġna ta’ Facebook Active Ageing and Community Care.


Il-formoli kompluti jistgħu jintbagħtu bil-posta jew jingħataw lill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, indirizzati lis-Sa Maria Lara Zammit, c/o Active Ageing Unit, Livell 1, Bini FXB, Triq l-Imdina, Ħal Qormi. In-nominazzjonijiet jistgħu jintbagħtu wkoll permezz ta’ email fuq [email protected].


In-nominazzjonijiet jagħlqu fid-9 ta’ Settembru 2026, u applikazzjonijiet li jaslu wara din id-data ma jiġux ikkunsidrati.


Għal aktar informazzjoni jew assistenza biex timtela l-applikazzjoni, wieħed jista’ jċempel fuq 2278 8833 jew jibgħat email fuq [email protected].

21.08.2026
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Jibdew ix-Xogħlijiet fuq Impjant Ġdid għall-Ipproċessar tal-Iskart Organiku

Arrow
Image

40 Uffiċjal tal-Protezzjoni Ċivili Jintbagħtu l-Portugall

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI