Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali
Daħal fl-aħħar fażijiet il-proġett li permezz tiegħu, l-Employee Support Programme (ESP) se jibda jopera f’post aktar ċentrali fil-Belt Valletta. Minn hawn, l-ESP se toffri servizzi ta’ psikologi, councellors, social workers u career guidance għall-uffiċjali pubbliċi kollha minn post wieħed. Dan se jsir permezz tal-bini ta’ sular ieħor fil-binja li fil-preżent tospita d-Diviżjoni tan-Nies u Standards (P&SD) u d-Dipartiment tal-Informazzjoni f’Misraħ Kastilja.
L-estensjoni tal-ESP f’din il-binja ġdida hu wieħed mill-proġetti ġodda li tnedew riċentament mis-Servizz Pubbliku, hekk kif bdiet titwettaq l-istrateġija ta’ 5 snin ‘Lejn Servizz ta’ Eċċellenza’.
Dan il-proġett jimxi id f’id mal-programm People 360, fejn in-nies jitqiesu mhux bħala riżorsa iżda bħala element ewlieni fil-kumplessità kollha tiegħu. Il-ħidma tal-programm People 360 hija ffukata biex toħroġ l-aħjar min-nies u timbotta ’l quddiem it-talenti li bilfors jeżistu f’organizzazzjoni daqstant kbira bħalma hu s-Servizz Pubbliku.
Agħfas hawn jekk tixtieq tagħmel kuntatt mal-ESP:https://publicservices.gov.mt/en/people/ESP/Pages/Contact-Form.aspx