Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali
Il-bini l-ġdid tal-Employee Support Program (ESP) tnieda uffiċjalment fil-Belt Valletta nhar il-Ħamis li għadda, 10 ta' Ottubru 2024. L-ESP joffri servizzi ta' konsulenza u appoġġ lill-impjegati pubbliċi u ilu fis-servizz għal aktar minn għaxar snin. In-numru ta’ klijenti qed jiżdied kontinwament. Mill-introduzzjoni tal-programm, b'kollox, aktar minn 3,400 klijent ġdid ibbenefikaw mis-servizz.
Il-Gvern huwa impenjat li joffri appoġġ tanġibbli lill-uffiċjali u l-impjegati kollha tiegħu tant li ħa impenn li kull ħaddiem għandu jkollu aċċess għal servizzi b'xejn biex jappoġġjahom fil-Mental Wellbeing tagħhom u fit-titjib tas-saħħa mentali tagħhom. Bħala mudell ta' min iħaddem, il-Gvern jifhem kemm il-pressjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, kif ukoll ċirkostanzi oħra fil-ħajja bħall-mewt, il-mard u kwistjonijiet familjari fost l-oħrajn, u l-impatt li jħalli fuq persuna psikoloġikament, emozzjonalment u fiżikament.
Il-Programm ta' Appoġġ għall-Impjegati huwa essenzjali għall-professjonisti u l-impjegati pubbliċi speċjalment f'oqsma kritiċi bħall-pulizija, il-protezzjoni ċivili, is-saħħa, u l-edukazzjoni. Bħala rikonoxximent għal-livell ta' appoġġ meħtieġ f'tali oqsma, l-ESP jopera fi ħdan ftehimiet individwali li jaqdu l-ħtiġijiet speċifiċi ta' dawn il-professjonisti u l-impjegati pubbliċi.
Minħabba l-importanza u l-ħtieġa dejjem tikber ta' dan is-servizz, il-Gvern investa f'sular ġdid li joffri spazju aktar modern u estetikament attraenti, u li jifforma parti integrali mill-bini tal-People & Standards, fejn in-nies huma meqjusa ċentrali għall-Amministrazzjoni. Tant hu hekk li l-bini diġà jospita l-One Stop Shop għall-Impjegati Pubbliċi. L-ESP issa huwa aktar mgħammar biex jipprovdi servizz aktar effettiv u jiffoka fuq il-benesseri kemm tal-klijenti kif ukoll tal-impjegati li qed jipprovdu dan is-servizz. L-ispazju li minnu jiġu pprovduti servizzi ta' appoġġ u terapija huwa mgħammar u ddisinjat b'tali mod li jgħin lil dawk li jirċievu appoġġ iħossuhom milqugħa u komdi jiżvelaw dak li jkunu għaddejjin minnu.
Inħeġġu lill-impjegati biex jilħqu s-servizzi tal-ESP li huma kemm kunfidenzjali kif ukoll mingħajr ħlas. Is-servizz jopera wkoll fi b’sigħat estiżi biex jipprovdi servizz aktar diskret u jħeġġeġ lill-impjegati jersqu 'l quddiem.
Dan il-proġett ta' bini ġdid għas-servizzi ESP kien kofinanzjat minn "Operational Program I — Cohesion Policy 2014-2020 — Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges."