image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

IMĦABBRA PRATTIĊI MODERNI TAX-XOGĦOL

Date 30.03.2023
Time 5 minutes

Is-Servizz Pubbliku se jsaħħaħ u jintroduċi prattiċi moderni tax-xogħol, li jassiguraw sostenibbiltà, flessibbiltà u effiċjenza.

Il-Kap tas-Servizz Pubbliku Tony Sultana ħabbar li, wara konsultazzjoni wiesgħa ma' uffiċjali fit-tmexxija u unions, il-prattiċi ta' Reduced Hours, Flexi-time, Flexi-week u Remote Working se jissaħħu b'mod strutturat.

Is-sistema tar-Reduced Hours ġiet emendata għal aktar flessibbiltà, b'tali mod li uffiċjali pubbliċi jistgħu japplikaw li jaħdmu sigħat imnaqqsa, mingħajr ħtieġa ta' kriterji ta' eleġibbiltà, fejn ix-xogħol u l-prioritajiet jippermettu.

Se tiddaħħal il-prattika ta' Flexi-Time, li permezz tagħha uffiċjali pubbliċi jistgħu jitolbu li jirranġaw il-ħinijiet tax-xogħol tagħhom, sa sagħtejn qabel jew wara l-ħinijiet stabbiliti.

Is-Servizz Pubbliku se jaddotta wkoll il-kunċett ta' Flexi-Week. Permezz tiegħu, uffiċjali pubbliċi jistgħu jitolbu li jqassmu l-40 siegħa ta' xogħol fuq erba' jew sitt ijiem fil-ġimgħa.

Ir-Remote Work qed jiġi strutturat fejn uffiċjali pubbliċi jistgħu jibbenefikaw minn kwalunkwe sigħat ta' xogħol remot fuq kriterji family-friendly. Dan se jassorbi l-arranġamenti eżistenti tat-Telework. Sa 20% tas-sigħat tax-xogħol jistgħu jintalbu li jinħadmu b'mod remot mingħajr ħtieġa ta' eleġibbiltà.

Dan it-tibdil jidħol fis-seħħ mit-3 t'April 2023 b'perjodu ta' tranżizzjoni sal-15 ta' Ġunju 2023. Din hi l-ewwel fażi tal-proċess ta' mmodernizzar tas-Servizz Pubbliku.

Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana qal li b'dan it-tibdil, is-Servizz Pubbliku qed jagħti lill-uffiċjal pubbliku aktar flessibbiltà b'inqas burokrazija, b'mod kontabbli, strutturat u effiċjenti. B'hekk isir aktar model employer, bl-aktar prattiċi relevanti li jwasslu għal bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol f'pajjiżna.

Aktar informazzjoni hija disponibbli fil-Manwal dwar il-Miżura tal-Bilanċ tal-Ħajja tax-Xogħol aċċessibli minn hawn, jew billi ċċempel 2200 1225.​

30.03.2023
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI