image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

Malta Libraries

Date 22.11.2024
Time 5 minutes

Malta Libraries hi l-entità responsabbli għall-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta, il-Librerija Nazzjonali ta’ Għawdex, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Bibljografija, il-Librerija Pubblika Ċentrali u l-Librerija Pubblika Ċentrali ta’ Għawdex. Flimkien mal-Kunsilli Lokali, taqsam ir-responsabbiltà wkoll għal seba’ libreriji reġjonali kif ukoll 48 librerija tal-fergħa. 

Il-missjoni ta’ Malta Libraries hi li tiżgura l-kollezzjoni u l-konservazzjoni tal-wirt dokumentarju ta’ Malta għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri, biex tmantni u tiżviluppa l-libreriji regolati taħt l-Att Dwar il-Libreriji Maltin, u biex tinkoraġġixxi l-qari għall-għanijiet ta’ studju, riċerka, żvilupp personali, tagħlim tul il-ħajja, informazzjoni u rekreazzjoni. (Att Dwar il-Libreriji Maltin, l-Att VII tal-2011). 

Il-Bibljoteka Nazzjonali hi librerija ta’ referenza u riċerka, li taħt saqaf wieħed issibilha kollezzjoni estensiva ta’ kotba, ġurnali, gazzetti, manuskritti, mapep u reġistrazzjonijiet viżivi u tal-awdjo minn awturi Maltin. Għaldaqstant hi strumentali fil-preżervazzjoni tal-memorja nazzjonali b’kollezzjonijiet mifruxin fuq sekli, minn żminijiet medjevali sal-era diġitali. 

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Bibljografija joħloq rekords bibljografiċi standardizzati tal-pubblikazzjonijiet kollha sottomessi taħt id-depożitu legali li huma mbagħad ippubblikati kull sena bħala l-Bibljografija Nazzjonali ta’ Malta. 

Il-libreriji pubbliċi joffru varjetà vasta ta’ servizzi li jkopru ċ-ċirkulazzjoni ta’ kotba fiżiċi, kotba elettroniċi, u kotba awdjo u viżivi kif ukoll attivitajiet edukattivi immirati lejn nies ta’ kull età. Kull sena l-popolarità tal-libreriji pubbliċi dejjem qed tiżdied, kemm f’termini tas-self tal-kotba fiżiċi u elettroniċi kif ukoll fil-parteċipazzjoni f’attivitajiet edukattivi. S’issa, hemm iktar minn 1,160,200 ktieb fiżiku u ’l fuq minn 35,000 ktieb elettroniku fil-libreriji pubbliċi u fuq il-Libby app rispettivament.

22.11.2024
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI