image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

Il-Bank tal-Leave

Date 15.11.2024
Time 5 minutes

L-Amministrazzjoni Pubblika kontinwament taħdem sabiex tissalvagwardja l-benesseri tal-impjegati tagħha permezz ta’ bosta miżuri li tipprovdi. Dan joħroġ biċ-ċar meta impjegati pubbliċi jkunu għaddejjin minn mumenti diffiċli fil-ħajja tagħhom minħabba ċirkostanzi mediċi serji jew każijiet umanitarji oħrajn.

 

Il-politika rigward id-donazzjoni ta’ leave hija miżura ewlenija li tassisti l-uffiċjali billi tipprovdilhom leave bi ħlas mill-Fond Ċentrali sabiex ikopri n-nuqqas tagħhom mix-xogħol filwaqt li xorta jirċievu l-paga bażika. Ikun hemm raġunijiet varji għaliex wieħed jista’ jagħmel użu minn din il-miżura. Każijiet jistgħu jvarjaw minn impjegati li jkunu qed isofru minn mard serju li jimpedixxihom milli jwettqu xogħolhom, jew każijiet fejn impjegati jakkumpanjaw lil uliedhom barra minn xtutna sabiex jirċievu trattament kruċjali.

 

Il-leave provdut mill-Fond Ċentrali jikkonsisti f’sigħat ta’ vacation leave jew time-off-in-lieu li huma mogħtija b’ġenerożità minn impjegati pubbliċi oħrajn fl-Amministrazzjoni Pubblika. Għaldaqstant, din hija kontribuzzjoni kollettiva għal għan wieħed minn dawk kollha involuti. Barra minn hekk, din tenfasizza wkoll l-importanza li impjegati pubbliċi jagħtu sigħat tagħhom b’mod volontarju sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu depożitati fil-Fond u jintużaw f’każijiet bħal dawn. Din l-assistenza ma tkunx possibbli mingħajr il-ġenerożità u l-altruwiżmu ta’ dawk id-donaturi li lesti jgħinu lill-kollegi tagħhom fl-Amministrazzjoni.

 

Impjegati pubbliċi li jixtiequ jibbenefikaw minn dan il-leave jew jikkontribwixxu għal dan il-Fond Ċentrali jistgħu jagħmlu dan billi jimlew l-applikazzjoni online li tinsab fil-MyPortal hawn jew billi jaċċessaw il-website uffiċjali tal-People & Standards Division minn hawn. Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li numru sostanzjali ta’ impjegati li kellhom bżonn l-għajnuna bbenefikaw minn din il-miżura tul dawn is-snin.

 

Impjegati li jixtiequ aktar informazzjoni jistgħu jaċċessaw il-Politika f’Taqsima 1.9 fil-Manual on Work-Life Balance Measures li jista’ jiġi aċċessat minn hawn. Impjegati jistgħu jagħmlu kuntatt ukoll mad-Direttur responsabbli għall-People Management, u l-One-Stop-Shop għall-Uffiċjali Pubbliċi billi jċemplu fuq 22001225 jew jibagħtu email fuq [email protected].

15.11.2024
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI