image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

TITJIB FIL-KURA PALLJATTIVA FID-DJAR RESIDENZJALI TAL-GVERN

Date 01.07.2022
Time 5 minutes

​​L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità ntroduċiet kura paljattiva mtejba fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern, bi proġett pilota fid-Dar tal-Anzjani tal-Imtarfa. B’dan il-proġett il-kura se tingħata ġewwa d-Dar Residenzjali stess, b’kontroll ta’ sintomi bħal uġigħ, u b’aktar kumdità għall-anzjani tagħna.

Bħalissa, b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra, kienet qegħda tingħata kura palljattiva lir-residenti li jbatu mill-kundizzjonijiet li jinkludu l-mard tal-kanċer, Motor Neurone Disease, mard kardijaku, mard respiratorju, mard tal-fwied, kif ukoll mard tal-kliewi. Pero’ l-biċċa l-kbira tar-residenti fil-Care Homes jaffrontaw ukoll kundizzjonijiet oħra, bħad-dimensja, parkinsoniżmu u puplesiji. Meta dawn ir-residenti jaslu fl-aħħar ġimgħat jew jiem ta’ ħajjithom, dawn ir-residenti kien qiegħed ikollhom imorru l-isptar jew f’entitajiet oħra sabiex tingħatalhom din il-kura. Għalhekk inbeda dan il-proġett ta’ kura palljattiva, fejn il-kura sejra tingħata ġewwa d-Dar Residenzjali stess, u se tinkludi kontroll ta’ sintomi bħal uġigħ, qtugħ ta’ nifs, telf ta’ aptit, dardir, rimettar, aġitazzjoni, depressjoni u aċċessjonijiet.

Għal dan il-għan twaqqaf tim għall-kura palljattiva li jikkonsisti minn diversi professjonisti differenti sabiex tingħata kura ħolistika. Biex dan il-proġett seta’ jitwettaq, sar taħriġ fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo. Ġew imfassla protokolli u proċeduri, kif ukoll ir-responsabbiltajiet li kull kategorija ta’ professjonist għandha fi ħdan it-tim multi dixxiplinarju sabiex titwassal kura palljattiva ħolistika. Inxtara t-tagħmir neċessarju bi spiża ta’ l-fuq minn €4,000. Wara madwar erba’ xhur ta’ analiżi tal-proġett pilota, dan il-proġett sejjer jinfirex fid-Djar Residenzjali kollha tal-Gvern.

01.07.2022
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI