image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

L-OGĦLA RATA TA’ NISA LI JAGĦŻLU KARRIERA FIS-SERVIZZ PUBBLIKU

Date 08.03.2023
Time 5 minutes

Ir-rata ta' nisa li għandhom karriera mas-Servizz Pubbliku jammonta għal 55%, l-ogħla rata li s-Servizz Pubbliku qatt kellu fi ħdanu. Dan ifisser żieda ta' 5% fuq għaxar snin ilu, u jfisser ukoll li s-Servizz Pubbliku mhux talli żamm iżda attira lejh aktar nisa li għażlu karriera fis-Servizz Pubbliku.

Dan tħabbar mis-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana, waqt konferenza organizzata mis-Servizz Pubbliku fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għan-Nisa.

Hu qal li dawn iċ-ċifri jikkonfermaw kemm is-Servizz Pubbliku jifhem il-ħtiġijiet tal-lum il-ġurnata fosthom b'sistemi ta' flessibilità. Dawn is-sistemi se jiġu msaħħa fil-jiem li ġejjin.

“It-trends huma ċari u konsistenti. Hu d-dmir tagħna li bħala l-akbar employer fil-pajjiż inkunu wkoll ta' eżempju għal ħaddieħor, bħala model employer, bi prattiċi tax-xogħol flessibbli u effiċjenti kemm għall-irġiel u n-nisa," qal is-Sur Sultana.

Hu temm jgħid li l-prinċipju ta' ekwità se jibqa' fiċ-ċentru ta' kull ħidma u riforma tas-Servizz Pubbliku, irrispettivament mill-ġeneru jew mill-grad tax-xogħol, biex dan il-prinċipju tassew jitħaddem kull ġurnata tas-sena kollha.

Il-konferenza 'Sustaining a Gender Equal Future,' indirizzat diversi temi bis-sehem ta' uffiċjali pubbliċi, stakeholders varji, nisa fit-tmexxija, intraprendituri fis-settur privat u segretarji permanenti fost oħrajn.

08.03.2023
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI