image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

L-iskema tal-first-time buyers

Date 01.08.2024
Time 5 minuti

L-Awtorità tad-Djar toffri sostenn kontinwu lil kull min jixtri l-ewwel proprjetà tiegħu b’diversi skemi mmirati biex jinkoraġixxu aktar żgħażagħ isiru sidien ta’ djarhom.


Primarjament, l-iskema tal-First-Time Buyers qed igawdi minnha kull min akkwista proprjetà minn Jannar tal-2022 ’il quddiem. Kull individwu li jaqa’ taħt din l-iskema se jkun qed jirċievi għotja ta’ elf ewro fis-sena għal għaxar snin li jammontaw għal għaxart elef ewro. Inizjattiva li se tkompli tagħti garanzija għal stabbiltà u affordabilità fis-settur u serħan il-moħħ liż-żgħażagħ Għawdxin u Maltin.


Inizjattiva bħal din se ttaffi b’mod awtomatiku il-pressjonijiet finanzjarji li individwu jgħaddi minnhom biex jixtri l-ewwel proprjetà tiegħu. Dan filwaqt li ma tillimitax persuna milli tkompli miexja ’l quddiem f’ħajjitha u fil-karriera professjonali tagħha.


Biex tikkwalifika għal din l-iskema, il-proprjetà trid tinxtara b’home loan ma’ wieħed mill-banek Maltin filwaqt li l-istess proprjetà trid tkun reġistrata bħala r-residenza ewlenija tal-applikant. L-applikazzjonijiet huma permessibli jintbagħtu sax-xahar ta’ April wara li tkun akkwistata l-proprjetà. Jiġifieri jekk persuna xtrat darha fl-2024, għandha ċans tapplika għal din l-iskema sa April tas-sena 2025. 


Sal-lum, din l-inizjattiva ġiet milqugħa b’mod pożittiv tant li rreġistraw għaliha madwar ħamest elef u mitejn individwi u familji. 


L-Awtorità tad-Djar kommessa li tibqa’ toffri aktar għajnuniet lill-faxex kollha tas-soċjetà, bil-għan ewlieni jibqa’ l-effiċjenza u servizzi aċċessibbli għax-xerrejja. 


Għal aktar informazzjoni żur il-website housingauthority.gov.mt jew ċempel fuq 2199 1000.

https://www.facebook.com/share/v/Qv2QMHo4iJ642Wbj/

image
01.08.2024
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI