image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

L-ewwel mużew għall-arti kontemporanja

Date 08.07.2024
Time 5 minutes

Il-Malta International Contemporary Art Space (MICAS) huwa l-ewwel mużew f’Malta ddedikat lill-arti kontemporanja. 

 

Imqiegħed fl-isfond tal-Ospizio restawrat, huwa mkenni f’linja fortifikata tas-seklu 17 li tagħti fuq il-Port ta’ Marsamxett u tħares lejn il-belt kapitali tal-Belt Valletta, sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO.

Huwa proġett ta’ €30 miljun, iffinanzjat parzjalment mill-UE, u jinkludi kampus multidimensjonali b’erba’ sulari ta’ galleriji fuq ġewwa, ġonna tal-iskultura fil-miftuħ, fortifikazzjonijiet irrestawrati, ħanut u kafetterija.


Il-MICAS diġà beda jesebixxi xogħlijiet artistiċi ta’ artisti rinomati f’diversi spazji miftuħin madwar il-Belt Valletta, fosthom ta’ Conrad Shawcross, Ugo Rondinone, Pierre Huyghe, Cristina Iglesias u Michele Oka Doner.

 

L-edizzjonijiet annwali tal-Weekend Internazzjonali tal-Arti ċċelebraw lil dawn l-artisti kontemporanji, mexxew ’il quddiem id-djalogu u l-kultura, u modi ta’ komprensjoni ta’ kif l-artisti jgħinu l-medjazzjoni u l-interpretazzjoni tad-dinja li ngħixu fiha, it-trasformazzjoni tal-ispazju u kif nindagaw is-soċjetà.

 

Il-MICAS għandu programm artistiku li jixhed proċess ta’ għażla bir-reqqa, u permezz tiegħu se jippreżenta esebizzjonijiet b’ottika internazzjonali mill-aqwa, bil-għan li dawn jiżviluppaw ideat oriġinali, jonoraw id-diversità u jrawmu relazzjonijiet ma’artisti u mużewijiet globali. Il-MICAS se jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku f’Ottubru tal-2024, b’esebizzjoni mill-artista Portugiża viżjonarja Joana Vasconcelos, li x-xogħlijiet tagħha f’Malta se jiċċelebraw it-tlestija ta’ dan il-proġett ta’ patrimonju u l-arkitettura kontemporanja tiegħu.

 

L-indipendenza artistika tal-MICAS bħala mużew internazzjonali mingħajr skop ta’ qligħ se tiġi kkonfermata mill-ġdid permezz ta’ programm li se jaqtgħu minn organizzazzjonijiet kulturali oħrajn iffinanzjati mill-gvern, programm li se joffri kemm lill-pubbliku kif ukoll lil dawk li jivvjaġġaw fi tfittxija għall-kultura, esebizzjonijiet artistiċi kontemporanji uniċi, arkitettura militari eċċezzjonali u veduti tal-port indimetikabbli.

08.07.2024
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI