image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

IL-ĦIDMA FIL-GARAXX TAL-GVERN

Date 10.01.2023
Time 5 minutes
Mhux l-ewwel darba li nisimgħu bil-‘Garaxx tal-Gvern,’ iżda dan x’inhu verament? 

Il-Garaxx tal-Gvern jista’ jitqies bħala s-sors ewlieni ta’ servizzi u manifattura għas-Servizz Pubbliku, u jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Huwa magħmul minn diversi sezzjonijiet li jinkludu mastrudaxxi, ħaddieda, plumbers, electricians, aluminju, traffic lights, belisha lights, air conditioners, funtani, elettroniċi, manutenzjoni, mekkaniks tal-vetturi żgħar u kbar, sprayers u tellara.

Ix-xogħol tal-mastrudaxxi jikkonsisti fil-manifattura, twaħħil u manutenzjoni ta’ xogħol tal-injam. Dawn jinkludu l-aperturi f’binjiet pubbliċi, strutturi u għamara għal ġonna u spazji pubbliċi u binjiet storiċi u għamara għall-uffiċini. 

Il-ħaddieda jagħmlu xogħol tal-ħadid fuq aperturi f’binjiet pubbliċi, strutturi u għamara għal ġonna u spazji pubbliċi. Is-sezzjoni tal-ħaddieda tieħu ħsieb ukoll li jintramaw arbli u bnadar għal żjarat statali u festi pubbliċi, kif mitlub mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Tqegħid u tiswija ta’ sistemi tal-ilma f’diversi Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern u f’postijiet pubbliċi (latrini u sistemi ta’ tisqija) ukoll isir mill-plumbers tal-Garaxx tal-Gvern. L-installazzjoni, tiswija u manutenzjoni ta’ sistemi tal-elettriku f’binjiet u spazji pubbliċi u binjiet u monumenti storiċi jsiru mill-electricians fil-Garaxx tal-Gvern.

Ħaddiema speċjalizzati jagħmlu wkoll il-manifattura u twaħħil ta’ xogħol tal-aluminju bħal aperturi, poġġamani, soffitti u saħansitra parquet. 

Il-Garaxx tal-Gvern hu responsabbli wkoll mill-installazzjoni, tiswija u manutenzjoni ta’ traffic, pelican u belisha lights, filwaqt li għandu r-responsabbiltà ta’ twaħħil, tiswija u manutenzjoni ta’ air conditioners f’diversi Ministeri, Dipartimenti tal-Gvern, ċentri tas-saħħa u djar tal-anzjani.

Il-ħidma ma tiqafx hemm. Il-mijiet ta’ funtani u water features fi spazji pubbliċi jkollhom bżonn tindif u manutenzjoni regolari, u tiswijiet f’każ ta’ ħsara. Dan ix-xogħol ukoll isir mill-ħaddiema tax-xogħliiet pubbliċi fil-Garaxx tal-Gvern.

Barra minn hekk, numru ta’ mekkaniks u tellara jieħdu ħsieb it-tiswija u manutenzjoni ta’ karozzi, vannijiet, trakkijiet u inġenji tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.

Għal dan ix-xogħol kollu d-Direttorat għas-Servizzi u l-Manifattura għandu madwar 250 ħaddiem, mifruxa fuq il-gradi kollha li jvarjaw minn general hand, operatives, tradesmen, ħaddiema fl-uffiċini, uffiċjali tekniċi u inġiniera.​
10.01.2023
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI