Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali
Illum aktar faċli minn qatt qabel biex taċċessa diversi servizzi pubbliċi, fosthom kwalunkwe servizz relatat mas-Sigurtà Soċjali. Filfatt, permezz tas-sit socialsecurity.gov.mt, inti tista taċċessa diversi servizzi u informazzjoni li tikkonċerna lilek. Dan isir b'mod sigur grazzi għall-e-ID.
Fost is-servizzi, tista tara liem benefiċċji u b'liem rati li int intitolat għalihom, tikkontrolla l-mod kif titħallas ċertu benefiċċji billi tbiddel id-dettalji tal-bank, tara meta jmiss li jitħallsu ċertu benefiċċji, u tirrapporta ħlasijiet pendenti fost oħrajn.
Is-sit jagħtik ukoll il-possibiltà li żżomm rekord ta' ħlasijiet li rċevejt, tħallas lura ħlasijiet żejda u tissottometti dokumenti mitluba minnek mid-dipartiment – dan kollu mill-kumdità ta' darek.