image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

Il-kampanja ‘Beat the Heat’

Date 17.07.2026
Time 5 minuti

Il-kampanja ‘Beat the Heat,’ imnedija mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard (HPDP), għandha l-għan li tqajjem għarfien dwar ir-riskji għas-saħħa marbuta mal-mewġiet ta’ sħana, u tipprovdi pariri prattiċi biex in-nies jibqgħu siguri matul ix-xhur sħan tas-sajf.


Mewġa ta’ sħana hija definita bħala tlett ijiem konsekuttivi jew aktar li matulhom it-temperaturi matul il-jum jaqbżu l-medja ta’ kull xahar b’mill-inqas 5°C. Temperaturi ogħla jżidu r-riskju ta’ mard marbut mas-sħana, li jaffettwa kemm is-saħħa fiżika kif ukoll dik mentali.


Il-kampanja tippromwovi messaġġi ewlenin biex jitnaqqas l-impatt tat-temp sħun. Dawn jinkludu:


  1. Evita li toħroġ barra matul is-sigħat l-aktar sħan (madwar il-11:00 sal-16:00).
  2. Ilbes ħwejjeġ ħfief u ta’ kulur ċar, kpiepel b’xifer wiesa’, nuċċali tax-xemx u sunblock meta tkun barra.
  3. Ħu doċċi/banjijiet friski, uża cold packs, xugamani mxarrbin, sponging jew banjijiet għas-saqajn biex tiffriska.
  4. Ibqa’ idratat – ixrob l-ilma regolarment u evita l-alkoħol, xarbiet bil-kafeina u xarbiet biz-zokkor.
  5. Kul ikliet żgħar u frekwenti u agħżel ikel b’kontenut għoli ta’ ilma, bħal frott u ħaxix (eż. dulliegħ, ħjar).
  6. Immira għal temperaturi fil-kmamar taħt it-32°C matul il-jum u l-24°C matul il-lejl.
  7. Evita attività fiżika qawwija matul is-sigħat l-aktar sħan.
  8. Agħraf is-sinjali tal-heat stroke – temperatura għolja, konfużjoni, sturdament, u telf mis-sensi. Ċempel 112, ċaqlaq lill-persuna f’żona aktar friska, iffriskaha bl-ilma jew bis-silġ, u illaxka l-ħwejjeġ sakemm tasal l-għajnuna.


Jingħataw linji gwida għal gruppi vulnerabbli, inklużi t-tfal, l-anzjani, persuni b’kundizzjonijiet kroniċi, ħaddiema li jaħdmu barra, u l-annimali domestiċi. Prekawzjonijiet addizzjonali biex jipproteġu lil dawn il-gruppi mill-ħsara marbuta mas-sħana huma enfasizzati matul il-kampanja kollha.


Firxa ta’ materjal edukattiv li jinkludi fuljetti ta’ informazzjoni, mistoqsijiet frekwenti (FAQs) u posters huma disponibbli online kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti. Dawn jistgħu jiġu aċċessati mill-paġna elettronika ‘Beat the Heat’ tal-HPDP https://hpdp.gov.mt/beattheheat.


17.07.2026
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Id f’id ma’ min l-aktar għandu bżonn: Is-Servizz Pubbliku b’appoġġ lill-Malta Community Chest Fund

Arrow
Image

Servizz.gov iniedi portal ġdid għal servizzi pubbliċi aktar personalizzati

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI