image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

SERVIZZ PUBBLIKU B’AKTAR SOLUZZJONIJIET DIĠITALI

Date 23.06.2022
Time 5 minutes

​L-ewwel diskors tas-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana​.

Il-ħidma biex is-Servizz Pubbliku jkun mgħammar bl-għodda diġitali li jeħtieġ se tkun il-prijorità tal-amministrazzjoni pubblika fis-snin li ġejjin. Dan il-proċess ta’ diġitalizzazzjoni se jgawdi minnu kulħadd, kemm iċ-ċittadini li jieħdu s-servizz kif ukoll l-uffiċjali pubbliċi li jipprovduh.

F’avveniment li fakkar il-Jum Dinji għas-Servizzi Pubbliċi u li sar taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta, is-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana spjega li d-diġitalizzazzjoni tas-Servizz Pubbliku mhijiex lussu iżda neċessità.

“It-teknoloġija tinbidel, u magħha tibdel il-kwalità tal-ħajja tan-nies. Nemmen li t-teknoloġija hija l-għodda li għandna bżonn biex nagħtu servizz xieraq lill-klijenti li jeħtieġu s-servizz. Dan mingħajr ma tnaqqas l-importanza tal-uffiċjal pubbliku, anzi, se tkun hemm għal kulħadd, għal kull grad u f’kull settur,” spjega s-Sur Sultana.

Hu sostna li filwaqt li fl-aħħar snin is-Servizz Pubbliku ġġedded u ssaħħaħ, l-element ta’ bidla jrid jibqa’ għaddej biex jintlaħqu l-aspettattivi tal-poplu Malti u Għawdxi.

Is-Sur Sultana spjega li filwaqt li Malta tiddomina l-klassifika tal-egovernment fl-Ewropa, il-viżjoni tas-Servizz Pubbliku f’dan ir-rigward tibqa’ waħda ambizzjuża li ma tiqafx sal-proviżjoni ta’ servizz governattiv online.

“Se naħdmu biex l-esperjenza tan-nies biex jieħdu servizz tkun waħda mingħajr taħbil il-moħħ, b’soluzzjoni mingħajr dewmien u mingħajr talbiet repetuti għall-informazzjoni, bil-klijent aġġornat bil-progress matul il-proċess, fost oħrajn,” qal Tony Sultana.

Fl-ewwel diskors tiegħu bħala Segretarju Permanenti Ewlieni, is-Sur Sultana radd ħajr ukoll lill-uffiċjali pubbliċi kollha għad-dedikazzjoni u l-impenn li juru fix-xogħol tagħhom. Qal li f’dawn it-23 jum f’dan ir-rwol iltaqa’ ma’ aktar minn 500 ħaddiem. Enfasizza l-bżonn li kulħadd jiġbed ħabel wieħed, biex b’ħidma kollettiva mas-Segretarji Permanenti, kull uffiċjal pubbliku jilħaq il-potenzjal tiegħu u jikkontribwixxi għas-suċċess tas-Servizz Pubbliku.

23.06.2022
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI