image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

Pont ġdid li jsaħħaħ l-aċċess għal Forti Sant’Anġlu

Date 05.07.2024
Time 5 minuti

Mat-68,000 persuna fis-sena, turisti, pensjonanti, studenti u tfal tal-iskejjel, familji Maltin jaqsmu lejn din il-parti tax-xatt speċifikament biex iżuru l-Forti Sant’Anġlu. Is-sewwieqa jużaw il-parkeġġ li hemm taħt il-forti, meta huma jżuru x-xatt pittoresk tal-Birgu.


Pellegrini li jimxu sal-Forti Sant’Anġlu bħala parti mir-rotta tal-Camino DeSantiago DeCompostela jżuru wkoll dan is-sit. Ħaddiema li jaħdmu fil-Forti jew li jfornu servizz għall-opri tal-baħar jagħmlu użu wkoll ta’ dan is-sit  ta’ kuljum.


Sa ftit ġimgħat ilu, dawn kollha kienu jużaw l-istess pont però issa, bl-investiment li wettqet Infrastructure Malta, issa dawn kollha ser isibu żewġ pontijiet ġodda – wieħed għal min jimxi u l-ieħor għall-vetturi. 


B’investiment ta’ madwar tliet miljun ewro, Infrastructure Malta daħlet għall-proġett biex tiżviluppa pont pedonali u ieħor għall-vetturi minflok il-pont wieħed li kien hemm qabel u li minn fuqu kienu jgħaddu l-vetturi u n-nies. 


F’Ġunju tas-sena l-oħra, il-pont li kien hemm ingħalaq għall-vetturi wara li parti minnu ġġarrfet. Dak il-pont kien mibni mis-Servizzi Ingliżi u ddiżinjat għal piż ferm inqas milli kien qed jerfa’, bil-vetturi li kienu qed jgħaddu minn fuqu fl-aħħar snin. Apparti hekk, iż-żmien kien għamel bih tant li kellu għadd ta’ ħsarat.


Malli ttieħdet id-deċiżjoni li l-pont jingħalaq għall-vetturi, Infrastructure Malta ddeċidiet li tħottu u minflok pont wieħed tidħol għall-proġett biex jinbnew żewġ pontijiet ġodda; wieħed għall-vetturi u l-ieħor għan-nies biex tingħata aċċessibbiltà sigura lil min ikun qed jimxi fl-inħawi.


Matul il-proġett, Infrastructure Malta għarfet il-valur storiku ta’ dan is-sit u żammet kuntatt dirett mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, b’din l-entità kienet involuta mill-bidu nett tal-proġett u kkontribwixxiet fl-oġġettivi u d-disinn, waqt li ssorveljat il-ħidma li għaddejja. 

image
image
Previous Next
05.07.2024
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI